Bl-għeruq tiegħu fil-kooperazzjoni u kollaborazzjoni l-programm huwa miftuħ għal persuni ta’ kull età u sfondi mużikali. Dan jipproponi l-ħolqien ta’ prestazzjoni mużikali pubblika li tibni pontijiet permezz tal-mużika. Komunitajiet varji jieħdu sehem f’workshops intensivi mal- maestro Tim Steiner sabiex joħolqu orkestra tal-komunità kbira. Ir-riżultat huwa kunċert uniku u irreplikabbli li jirrifletti l-memorji, il-perċezzjoni tad-dinja u l-kultura diversi tal-komunitajiet involuti.

Mewġa Mużika jsaħħaħ l-idea li ċ-ċittadini kollha jista’ jkollhom impatt kbir fuq inizjattivi artistiċi b’mod strutturat, rigoruż u spontanju, filwaqt li joħloq ukoll pjattaforma għal mużiċisti lokali mill-ġeneri u esperjenzi tal-ħajja kollha.

Il-kunċert finali, li se jittella’ nhar il-Ħadd 9 ta’ Settembru 2018, u li se jara l-parteċipazzjoni ta’ aktar minn 300 mużiċist, se jittella fil-Foss tal-Imdina u jibda fis-7pm. Madankollu, aqbeż qabża sal-Imdina minn kmieni, il-ġurnata kollha twiegħed li tkun ġurnata fantastika għall-familja kollha!

Għal aktar informazzjoni, segwi din il-ħolqa.