Dan il-proġett iffinanzjat mill-UE, li fuqu għadu għaddej ix-xogħol, huwa proġett ewlieni infrastrutturali ieħor li jintemm fl-2021. Dan se jkollu rwol ċentrali fl-ekoloġija kulturali ta’ Malta bħala parteċipant attiv fil-mappa kulturali dinjija billi jgħaqqad komunitajiet ta’ artisti u udjenzi varji, jippromwovi l-internazzjonalità u d-diplomazija kulturali, u jispira b’mod pożittiv l-aċċessibbiltà u aspirazzjonijiet ogħla fl-arti kontemporanja u viżiva f’Malta. Matul Valletta 2018, MICAS se jniedi s-sit tiegħu ma’ Connecting Geographies, esibizzjoni fil-miftuħ ta’ skultura internazzjonali.