Il-prestazzjoni finali se tkun il-qofol ta’ diversi xhur ta’ workshops u attivitajiet intensi li jinvolvu lill-parteċipanti, voluntiera, artisti, u prattikanti oħra, li appoġġjaw il-ħolqien ta’ biċċiet oriġinali tal-mużika, żfin u teatru. Din il-prestazzjoni hija parti minn serje ta’ tliet spettakli li se jiġu murija f’Malta u fir-Renju Unit, b’hekk jinkorraġġixxu lill-dawn l-artisti biex jiżviluppaw it-talent tagħhom, jiżviluppaw ix-xogħol eżistenti tagħhom u joħolqu biċċiet oriġinali fil-futur.