Patience hija opra komika f’żewġ atti b’mużika ta’ Arthur Sullivan u libretto ta’ W. S. Gilbert. L-opra hija satira dwar il-moviment estetiku tas-snin 1870 u 1880 fl-Ingilterra u, b’mod aktar ġenerali, dwar il-moda, is-superfiċjalità, il-vanità, l-ipokrezija u l-pompożità; hija wkoll satira tal-imħabba romantika, is-sempliċità rurali u l-militar.

Patience hija mmexxija minn kast żagħżugħ u diretta mid-direttur Awstraljan magħruf, Tama Matheson, li se jkun qed jieħu sehem bħala wieħed mill-poeti flimkien ma’ Philip Walsh bħala Direttur Mużikali. Is-sett ġie ddisinjat minn Chris Hone u l-kostumi ġew imfassla minn Maria Muscat.