Il-films magħżula għal din l-edizzjoni ta’ Poetry on Film huma “Kafè” ta’ Achille Mizzi, maħdum minn Clare Azzopardi u Ken Scicluna, filwaqt li Abigail Mallia u Carlos Debattista qed jipproduċu film fuq poeżija ta’ Oliver Friggeri, “Il-Lejl f’Dan l-Istazzjon.”

Dawn ix-xogħolijiet se jintwerew waqt il-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta, li se jseħħ bejn it-23 u l-25 ta’ Awwissu fil-Forti Manoel, il-Gżira Manoel, il-Gżira.

Fl-edizzjoni tas-sena l-oħra, żewġ films tal-poeżija intwerew matul il-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta li sar bejn l-24 u s-26 ta’ Awwissu. L-ewwel film huwa adattazzjoni tal-poeżija “Relazzjoni” ta’ Maria Grech Ganado, minn Nicky Aquilina u Lyanne Mifsud. It-tieni film intwera fil-25 ta’ Awwissu, u huwa film tal-poeżija tax-xogħol ta’ Victor Fenech “Fuq Għoljiet Dingli” mill-artist u l-akkademiku Trevor Borg. Iż-żewġ films ġew introdotti mid-direttur tal-films u lekċerer Kenneth Scicluna.

Sentejn ilu nħadmu żewġ films poetiċi wara li ħarġet sejħa għal proposti għall-proġett Poetry on Film: Meta Tiġi MariRos (produzzjoni ta’ Shadeena Films) u L.O.M.L. Il-film Meta Tiġi MariRos huwa bbażat fuq il-poeżija bl-istess isem ta’ Lilian Sciberras mentri l-film L.O.M.L. huwa mnebbaħ mill-poeżija Tibqa’ Int ta’ Ray Mahoney.

Tliet snin ilu d-direttur Malti Edward Said offra riinterpretezzjoni ċinematografika tal-poeżija ta’ Mario Azzopardi Ried Ikun Jaf permezz tal-atturi Stephen Grech u Philip Mizzi. Sentejn ilu d-direttur lokali Kenneth Scicluna ħadem fuq film qasir li ttratta l-poeżiji Eleġija u Dedika ta’ Doreen Micallef.

L-atturi lokali Erica Muscat, Sharon Bezzina u André Penza rrakkontaw storja ta’ relazzjoni umana li tittratta it-temi tal-imħabba, tal-fidi u tal-ħolqien. Iż-żewġ nisa huma marbutin flimkien bid-distanza emozzjonali li tbejjinhom. Meta kellhom jaffaċċjaw il-ħolqien ta’ ħajja ġdida, ir-relazzjoni tagħhom sfat imdendla fi stat ta’ suspans.

L-ewwel film kien intwera fil-5 ta’ Settembru 2014 waqt il-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta. Kull sena l-films jintwerew għall-ewwel darba waqt dan il-Festival.