Din l-edizzjoni speċjali se ġġib elenku eċċitanti ta’ esponenti alternattivi u DJ sets fil-qalba tal-Belt Valletta. Issa li wasal fis-seba’ edizzjoni tiegħu, Rock the South sar appuntament permanenti tax-xena lokali tal-mużika alternattiva.

Matul is-snin il-festival laqa’ aktar minn mitt grupp b’lista dejjem tikber ta’ esponenti internazzjonali ta’ kwalità għolja, u b’hekk stabbilixxa ruħu bħala l-vetrina numru wieħed għat-talent alternattiv f’Malta. Kull sena, Rock the South jirregala lil dawk li jħobbu l-mużika katalogu sfieq b’erbgħin esponent mużikali lokali u internazzjonali, kif ukoll diversi DJs li jdoqqu tul tmiem il-ġimgħa kollu.

Għal aktar informazzjoni, żur www.rockthesouthmalta.com.