Matul din is-serata, il-Belt Valletta tieħu l-ħajja b’kull xorta ta’ installazzjonijiet u wirjiet marbuta max-xjenza – l-arti tat-triq, il-busking xjentifiku, il-mużika, ix-xows tal-pupazzi għat-tfal, l-esperimenti lajv, it-taħditiet, it-teatru u ħafna aktar. Bil-laqgħat xjentifiċi minn Bieb il-Belt sa Pjazza San Ġorġ, il-festival żgur se jkun ta’ sorpriża u ta’ pjaċir għall-viżitaturi ta’ kull età.