Fuq firxa ta’ tlett ijiem, il-konferenza tesplora l-wirt tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura (KEtK) Valletta 2018 lokalment u fl-ispettru Ewropew. Is-suġġetti diskussi jvarjaw mill-ħolqien ta’ proġetti komunitarji għar-riġenerazzjoni ta’ żoni li ma’ kienux jintużaw fil-Belt Valletta, li kollha kemm huma jistgħu jrawmu belt aktar vivaċi u diversa.

Il-konferenza hija stedina biex tiġi evalwata u diskussa n-natura dejjem tinbidel tal-belt u l-futur tal-attività kulturali fil-Belt Valletta. Dawn ir-riflessjonijiet jippermettu għal għarfien usa’ tal-impatt residwu fit-tul tar-riġenerazzjoni kulturali, soċjali u ekonomika li seħħet fil-Belt Valletta bi preparament u matul l-2018, qabel il-preżentazzjoni tar-riżultati tal-Evalwazzjoni u l-Monitoraġġ li se jsir fl-2019.