Il-kantanta ħelwa Christina Ratcliffe tasal Malta sabiex tagħti intratteniment lit-truppi f’“The Gut” f’The Morning Star. Hi mbagħad tiltaqa’ mal-bdot attraenti tal-RAF, l-Uffiċjal Adrian Warbuton – u ġara li kellu jiġri. Imfakkra b’għożża bħala “Christina of George Cross Island”, Ratcliffe ingħatat il-Midalja tal-Imperu Britanniku għas-servizzi tagħha lill-RAF.

Id-dramm jinkludi lil Polly March, Larissa Bonaci u Geoff Thomas, u fih kanzunetti tipiċi ta’ żmien il-gwerra bħal “I’ ll Be Seeing You” flimkien ma’ kanzunetti oriġinali bħal “Welcome to Valletta”. Ippreżentat fil-Phoenicia Hotel – il-veduta li ta’ kuljum kienet faċċata tal-eroina tagħna fl-appartament tagħha fil-Furjana – dan jipprometti li jkun festa għal dawk li jħobbu t-teatru u l-mużika, dilettanti tal-istorja Maltija u kull min jixtieq jara wirja tajba!

Żur is-sit ta’ Star of Strait Street għal aktar informazzjoni.