Subjective Maps se jinġabru minn sitt lokalitajiet differenti f’Malta u Għawdex, inkluż il-Belt Valletta, San Pawl il-Baħar, il-Ħamrun, Birżebbuġa, il-Gżira u Victoria (Għawdex).

L-eqdem mapep kienu mapep ta’ ‘storja’. Il-kartografi kienu artisti li ħalltu l-għarfien mas-suppożizzjoni, memorja u biżgħat. Il-mapep tagħhom iddeskrivew kemm il-pajsaġġ kif ukoll l-attivitajiet li saru fih, b’hekk jippermettu lill-vjaġġaturi biex jippjanaw rotta kif ukoll jesperjenzaw storja. – Rory MacLean

Il-proġett għandu l-mira li:

  1. Jippromwovi l-integrazzjoni b’suċċess ta’ ċittadini ta’ minorità u mhux Maltin fil-komunità Maltija.
    2. Jidentifika d-diversità fir-relazzjonijiet post-persuna u biex ipoġġi f’mappa r-relazzjonijiet li l-persuni jkollhom mal-post fejn jgħixu u l-post li jsejħu ‘dar’.
    3. Jiġbor narrattivi viżwali ta’ residenti tal-bliet u l-komunitajiet tagħhom.
    4. Jagħti valur lill-viżjonijiet tal-komunità bħala kapital li jista’ jinqasam.
    5. Jipprovdi rappreżentazzjoni ġdida tal-belt/raħal/komunità li hija ħielsa mill-branding kulturali li jagħti prijorità lill-valur turistiku u tal-wirt ta’ post aktar min-narrattivi u rotot tar-residenti individwali.
    6. Jipprovdi pjattaforma fejn il-membri tal-komunità jiltaqgħu u jiddiskutu l-ispazji pubbliċi tagħhom.#

Għal min jgħodd il-proġett?

Il-workshops huma miftuħa għal kull min juża l-lokalità fuq bażi regolari; residenti u persuni li jqattgħu parti kbira mill-ġurnata tagħhom fil-lokalità għal skopijiet ta’ xogħol jew divertiment. Il-parteċipanti għandhom idealment jirrappreżentaw id-diversità tal-komunità f’termini ta’ etajiet, nazzjonalitajiet, sfondi u minoritajiet.

Għal dettalji dwar il-workshop li ġej, żur il-ħolqa t’hawn isfel:

Workshop tal-Ħamrun – 1 October 2017

Jekk għandek xi mistoqsijiet, ikkuntattjana fuq subjectivemaps.info@gmail.com.