L-istejjer kollha li jinġabru għal Tafxnaf se jittellgħu fuq sit tal-internet fejn ikun jista’ jarahom kulħadd. Barra minn hekk se jintgħażlu għadd ta’ stejjer biex dawk li jkunu ħolquhom jieħdu sehem f’numru ta’ workshops iktar tard din is-sena, u wħud mill-istejjer magħżula jinħadmu f’films qosra, mill-istudenti stess.