Il-proġett huwa parti minn kollaborazzjoni ta’ diversi livelli bejn ARC u l-Medinea Project tan-netwerk EuroMed (Mediterranean Incubator of Emerging Artists). Maħluq fl-2011 u koordinat mill-Festival d’Aix en Provence (Franza), il-Medinea Project jikkonsisti minn aktar minn 20 organizzazzjoni kulturali li joperaw fis-setturi tal-mużika u l-arti performattiva involuti fid-dinamika tal-iskambju u l-kollaborazzjoni f’livell internazzjonali.

In-netwerk Medinea jimmira li jirrekluta talenti, skambju ta’ ideat, u produzzjoni ta’ proġetti innovattivi. ARC jirrappreżenta lil Malta fil-Medinea Project u ilu parti min-netwerk sa mill-2014. Il-Festival d’Aix-en-Provence – magħruf għall-attenzjoni tiegħu fl-opra u l-impenn tiegħu biex jikkummissjona xogħlijiet ġodda – huwa wieħed mill-aktar festivals prestiġġjużi Ewropej.

Il-Proġett The Mediterranean Dimension jikkonsisti f’attivitajiet differenti li se jsiru bejn l-2017 u l-2019 f’Malta. Dawn jinkludu residenzi u workshops interkulturali, prestazzjonijiet, provi għal diversi attivitajiet fil-Festival d’Aix en Provence, u inkontri tar-riċerka li għandhom x’jaqsmu mal-attivitajiet.