Il-veritajiet, in-nuqqasijiet tal-veritajiet, in-nofs veritajiet u t-teoriji tal-kospirazzjoni li għandhom x’jaqsmu mal-industrija tas-sajd Maltija u Mediterranja kienu ta’ ispirazzjoni biex joħolqu l-proġett Tuna Lies | Tuna Truth. Din il-prestazzjoni artistika hija taħlita ta’ teatru, esperjenza tal-ikel u kultura pop iffurmata minn punti ta’ aħbarijiet foloz li jilgħabu mal-verità, l-għajdut, il-ġideb u l-identità biex tipprovoka diskussjoni miftuħa. Finalment, attività pubblika se twassal il-verità kollha dwar it-tonn lill-pubbliku… Jew jista jkun li le?

Meta niġu għat-tonn fil-Gżejjer Maltin, mhux kollox huwa kif jidher…