Din hi frott l-isforzi tal-Fondazzjoni Valletta 2018 u hi mezz ta’ kif il-Fondazzjoni tista’ tirrelata mal-komunità. Din hi primarjament mod ta’ komunikazzjoni bejn Valletta 2018 u organizzazzjonijiet ibbażati ġewwa l-Belt.

Wara l-ewwel ftit laqgħat, kien hemm numru ta’ residenti li ngħaqdu magħna għax huma interessati jikkontribwixxu u jiffurmaw parti mill-vjaġġ tal-belt kapitali lejn 2018. Il-membri tal-Forum għandhom esperjenzi u trobbijiet differenti sforz l-isfond kulturali u soċjali li ġejjin minnu – b’interessi varjati, kemm jekk hux sport, mużika, twemmin reliġjuż jew rabtiet soċjali oħra, fost oħrajn. Il-Foundation tixtieq li dawn il-kwalitajiet diversi jgħinu biex il-membri tal-Forum ikunu jistgħu jiddiskutu bejniethom u jiġġeneraw ideat u proposti li l-Fondazzjoni Valletta 2018 tkun tista’ tuża biex ittejjeb l-esperjenza kulturali tal-belt kapitali.