Issa tista’ tixtri l-biljetti għall-proġett ta’ Valletta 2018 Icon Island, serata ta’ ħsejjes u immaġni minn films li se ssir fit-Teatru Salesjan f’Tas-Sliema fis-17 ta’ Frar fit-8pm.

Il-proġett jinkludi collage live ta’ immaġni viżivi mnebbħa minn films li jittrattaw il-vjaġġ mistiku u romantiku lejn gżejjer, li jirrappreżentaw soċjetajiet alternattivi jew stati mentali differenti, magħmula minn xeni ikoniċi minn films li għandhom rabta għal Malta. L-immaġni viżivi li jqanqlu l-ħsieb huma maħsuba li jġiegħlu lill-udjenzi jirriflettu dwar id-drawwiet tal-gżejjer u l-mod kif il-gżejjer huma normalment meqjusa – bħala ġenna tal-art kif ukoll post ta’ biża’, filwaqt li l-ħsejjes elettroniċi improvizzati, ispirati mill-viżwali nfushom, itejbu l-esperjenza ġenerali.

Icon Island huwa kollaborazzjoni bejn Virgil Widrich, direttur tal-films Awstrijak magħruf għall-films sperimentali u x-xogħlijiet multimedjali tiegħu, u l-produttur magħruf tal-mużika elettronika Malti Sonitus Eco.

Il-biljetti huma disponibbli bil-prezz ta’ €5 minn tickets.valletta2018.org.