Ir-reġistrazzjoni għat-tieni seminar Cultural Matters ta’ Valletta 2018 issa hija miftuħa. Waqt is-seminar se jiġu ppreżentati r-riżultati tal-pjan ta’ riċerka ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ ta’ Valletta 2018. Is-seminar se jsir fit-23 ta’ Frar fl-Università ta’ Malta – il-Campus tal-Belt Valletta.

Il-pjan ta’ riċerka, evalwazzjoni u monitoraġġ huwa mfassal madwar ħames temi ta’ riċerka, li huma Il-Vitalità Kulturali u Territorjali, Il-Governanza u l-Finanzi, Il-Komunità u l-Ispazju, l-Esperjenza tat-Turist, u l-Valletta Brand.

Dan it-tieni seminar huwa pjattaforma fejn jiġu ppreżentati r-riżultati tat-tieni sena ta’ riċerka ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ. L-għan tas-seminar hu li l-pubbliku jiġi infurmat dwar ir-riżultati ta’ Valletta 2018 u b’hekk, ir-riżultati tal-proċess ta’ riċerka jiġu mxerrda u jkunu possibbli wkoll id-diskussjoni u d-dibattitu dwar l-impatti fuq Valletta 2018.

Is-sessjonijiet se jibdew fid-9 am. Is-seminar jibqa’ għaddej sal-4 pm u jinkludi l-ikel ukoll. Ir-reġistrazzjoni għas-seminar hija b’xejn u jinqeda l-ewwel min jirreġistra l-ewwel.

Għall-programm sħiħ u biex tirreġistra b’xejn għall-konferenza, żur  https://valletta2018.org/culture-matters-valletta-2018-findings/. Ir-reġistrazzjoni tagħlaq fl-20 ta’ Frar.