Gaulitana: A Festival of Music, li ġie deskritt bħala festival ewlieni ta’ mużika klassika” ser jerġa’ jkun tieqa’ kulturali tul ix-xahar t’April.

Waqt li spjega ftit mill-attivitajiet ewlenin tal-festival, d-direttur Artistiku Colin Attard tkellem dwar l-OPERA+ Weekend, tlett ijiem ta’ festa kulturali madwar “l-opra t’April t’Għawdex”. Din is-sena, n-Norma ta’ Bellini ser ikollha affinità ikbar mal-udjenzi għaliex apparti kast mill-aqwa, ix-xeni huma ispirati mill-Ġgantija.

Propju f’dan it-tempju megalitiku, Gaulitana ser itella’ numru ta’ attivitajiet, b’kollaborazzjoni ma’ Heritage Malta. Barra min hekk, attivitijiet oħra jinkludu kuncerti, talks, kunċerti lunchtime fiċ-Ċittadella u MusicAlive, serje ta’ kunċerti li jippreżentaw mużika live lill-udjenza aktar wiesgħa.

Attard tkellem ukoll dwar il-programm edukattiv GAULearn, li ser jinkludi ukoll n-Norma b’adattament ghat-tfal. Il-festival ser jikkommemora ukoll iċ-ċentinarju mit-twelid ta’ Leonard Bernstein waqt li jesplora kollaborazzjoni ma’ ġeneri differenti ta’ arti – installation art, pittura, letteratura, żfin u fotografija.

Iċ-Ċermen tal-Fondazzjoni Valletta 2018 Jason Micallef tenna, “Aħna nemmnu bis-sħiħ fil-Festival Gaulitana, li huwa parti mill-Programm Kulturali ta’ Valletta 2018 għax permezz tiegħu u ta’ inizjattivi simili, qed jittellgħu avvenimenti ta’ kwalità għolja ħafna għal udjenzi diversi. L-Programm ta’ Valletta 2018 imur lil’hinn mil-Belt Valletta u jinkludu proġetti madwar il-gżejjer tagħna inkluż f’Għawdex”.

Gaulitana ser jibda fil-25 ta’ Marzu bil-ftuħ ta’ Costanzo Rovati: Percorso di Vita fis-Sentinella gewwa iċ-Ċittadella. Din l-esibizzjoni ta’ arti ser tinfetaħ fil-11.30hrs mill-Ministru Justyne Caruana waqt li tkun imbierka mill-Isqof Mario Grech.

Gaulitana qed jittella’ bl-għajnuna tal-Gozo Cultural Support Programme tal-Arts Council Malta b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għal Ghawdex, u bis-sapport ta’ Valletta 2018 u Heritage Malta.

www.gaulitanus.com