Iċ-Ċermen tal-Fondazzjoni Valletta 2018 Jason Micallef, flimkien mad-Direttur Maniġerjali tal-Mdina Glass Joseph Said, illejla xegħelu siġra kbira tal-Milied quddiem il-bini tal-Parlament biex jimmarkaw il-bidu tal-festi fil-Belt Valletta. Is-siġra tal-Milied ta’ seba’ metri, kif ukoll skulturi fuq il-faċċata ta’ Pjazza Teatru Rjal, huma maħdumin mill-Mdina Glass u se jkunu qed jitgawdew għall-kumplament tax-xahar.