Fis-Sajf tal-2017 ir-rebbieħa tas-sejħa miftuħa għal koreografi taż-żfin kontemporanju ġew imħarrġa mid-Direttur Artistiku ta’ ŻfinMalta, Paolo Mangiola u artisti mistiedna oħrajn. Il-parteċipanti magħżula ħalqu biċċa xogħol ġdida li se titnieda f’Malta fit-2 ta’ Lulju tal-2018 u mbagħad tiġi sottomessa fi pjattaformi Ewropej usa’ bħan-netwerk Aerowaves – li jgħaqqad kumpaniji taż-żfin u teatri mill-Ewropa kollha.

F’Diċembru tal-2018 Breakin’ Convention tippreżenta Open Art Surgery, fejn il-koreografi se jkunu mħarrġa minn Jonzi D, wieħed mill-artisti u diretturi artistiċi tal-hip hop ewlenin fid-dinja. Permezz ta’ masterclasses intensi l-parteċipanti se jaħdmu fuq l-esperimentazzjoni u l-iżvilupp ta’ ideat innovattivi għal avveniment ta’ dimostrazzjoni ddedikat imtella’ minn Valletta 2018.