Dan il-kunċert huwa ċelebrazzjoni tar-rwoli integrali li kellhom l-artisti nisa fit-tisħiħ tal-industrija mużikali lokali u internazzjonali, bi prestazzjonijiet vibranti li ser jgħaqqdu artisti minn ġeneri differenti filwaqt li jiċċelebraw il-kollaborazzjonijiet kreattivi tan-nisa. L-elenku jilħaq ġenerazzjonijiet differenti u joffri repertorju mużikali miżgħud bi ħsejjes differenti li jservi ta’ pont mifrux tul għadd kbir ta’ ġeneri bejn il-mużika tal-imgħoddi u dik tal-mument. Ira Losco & Special Guests: Women in Music iwiegħed avveniment li ma jintesiex għas-segwaċi tal-mużika ta’ kull ġeneru u età.

Dan l-avveniment se jittella fit-18 ta’ Awwissu fi Pjazza Teatru Rjal, il-Belt Valletta.

Biljetti: http://www.ticketline.com.mt/bookings/SelectSection.aspx?ShowId=1549&LocationId=290