1. KAST SPETTAKOLARI

 

1.

Il-vuċi ta’ Doreen Galea diġà biżżejjed. Kast magħmul minn Davide Tucci, mill-buzz ta’ Ozzy Lino u mill-kummiedji ta’ Chris Dingli huma aktar minn biżżejjed. Ma ninsewx lil Michael Mangion bħala drag queen, Justin Galea tal-Każinska, Josef ta’ Xarulù u l-ABĊ tat-Teatru f’Malta – Mariele Żammit, Antonella Axisa, Peter Busuttil, Bryn Manning, Manuel Cutajar, Gilbert Formosa, Marilù Vella, ir-Ronnie u ħafna oħrajn.

2. L-ISTORJA TA’ BALZUNETTA

 

2

Storja li tant kienet taħraq li ġiet moħbija u midfuna. Saret ir-riċerka kollha li setgħet issir. F’Balzunetta twieled il-jazz Malti u fiha kibru fost l-aqwa mużiċisti Maltin. Kienu jagħmlu spettakli u jistiednu artisti minn barra kull ġimgħa. Balzunetta kienet aktar imqarba minn Strada Stretta u kienet aktar tas-suldati milli tal-baħrin. Kienet bieb ma’ bieb mas-Seminarju u d-Depot tal-Pulizija. Tistgħu timmaġinaw l-istejjer?

3. IL-MUŻIKA TA’ DOMINIC GALEA

 

3

Se jkollna l-vuċijiet tajba jżewqu l-mużika ta’ wieħed mill-aqwa kompożituri f’Malta – Dominic Galea. Dan il-proġett twieled ġo qalb Dominic u jinħass fil-mużika li kiteb għax mill-ewwel tinfed f’widintek u f’qalbek. Għandha daqqa melodjuża u tal-widna iżda klassika li tfakkrek fil-ħsejjes jazz u swing ta’ żmien Balzunetta. Minbarra l-mużika tassew sabiħa, ma nistgħux ninsew lill-mużiċisti, u l-jazztet live li se jinkludi lil Steve id-Delli.

4. TAZZA NBID, IKEL U SPETTAKLU!

 

4

Pjazza Teatru Rjal se tgħaddi minn bidla nostalġika u se tinbidel f’palk spettakolari, fejn se jkun hemm fost l-oħrajn imwejjed fuq quddiem bis-siġġijiet fuq stil cabaret. Dawn is-siġġijiet jistgħu jinxtraw bil-GOLD TICKETS u jinkludu nbid tul is-serata kollha u ikel mingħand Nenu the Artisan Baker, il-furnar famuż tal-Belt.

5. TIM EĊĊELLENTI

 

5

Id-direttur Sean Buhagiar għaqqad tim eċċellenti: Seb Tanti Burlò, il-cartoonist tat-Times għax-xenarju, Adrian Mamo għall-kostumi, Jo Butterworth għall-koreografija, Conrad Attard mill-Karnival ta’ Ħal Għaxaq għall-maskri, Andrew Zammit għad-disinn tad-dawl u ħafna oħrajn.

6. SATIRA DIVERTENTI

 

6

Il-kittieb Alfred Sant jaf xi jgħid fejn tidħol is-satira. Albert Marshall mhux inqas. Dawn iż-żewġ imħuħ teatrali qed jikkritikaw is-sistemi tal-lum permezz tal-istorja ta’ Balzunetta. Tista’ timmaġina x’jiġri meta negozjant Amerikan magħruf ikun irid jibni torri high rise fl-inħawi ta’ Balzunetta? Iridu jixtru l-Kurja, id-depot tal-Pulizija u l-aħħar barmaid ta’ Balzunetta. Is-satira tmiss lil kulħadd, kollox u kullimkien.

7. SPETTAKLU FUQ BARRA FIS-SAJF

 

7

Pjazza Teatru Rjal jieħu r-ruħ fis-sajf. Arja friska, daqsxejn żiffa u spettaklu tajjeb. Balzunetta Towers tassigura esperjenza artistika u spettakolari għal lejla sajfija li ma tintesa qatt.

8. STORJA FURJANIŻA FIL-BELT VALLETTA

 

8

Balzunetta Towers huwa wkoll proġett paċifist. Titilfuhx!

Biljetti jistgħu jinxtraw mis-sit www.balzunettatowers.com