Bi tmexxija tad-direttur artistiku Mikiko Kikuta, Għajnejn Ewropej fuq il-Ġappun huwa proġett tal-arti viżiva li dar aktar minn tletin Kapitali Ewropea tal-Kultura mill-1999. B’antiċipazzjoni għas-sena tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura, il-proġett jestendi invit lill-fotografa Maltija Alexandra Pace, minn Valletta 2018, u fotografu ieħor mill-Kapitali Ewropea tal-Kultura tewmija tagħna, Leeuwarden-Fryslân 2018.

Iż-żewġ fotografi se jgħixu u jaħdmu fil-Ġappun, bil-ħsieb li jieħdu impressjoni tal-istil tal-ħajja tal-pajjiż b’lenti Ewropea. Fl-2018, esibizzjoni li turi x-xogħol taż-żewġ artisti se tkun qed issir f’Malta ġewwa Spazju Kreattiv, u wara se tivjaġġa lejn Leeuwarden u l-Ġappun.

L-esibizzjoni se ssir bejn it-30 ta’ Marzju u d-29 ta’ April 2018 fil-Galleriji ta’ Fuq ta’ Spazju Kreattiv, il-Belt Valletta.