Ċaħda ta’ Responsabbiltà

Il-materjali f’dan is-sit elettroniku huma provduti għall-finijiet ta’ informazzjoni ġenerali biss, u mhumiex intenzjonati li jagħtu pariri legali jew professjonali. Lanqas ma jikkommettu lill-Fondazzjoni Valletta 2018 għal kwalukwe obbligu. Il-Fondazzjoni Valletta 2018 ma taċċetta l-ebda responsabbiltà għal telf jew ħsara, diretta jew indiretta, b’konsegwenza li tista’ tinħoloq minn dipendenza fuq informazzjoni li hemm f’dan is-sit. Dawk li jużaw dan is-sit huma mitluba li jfittxu konferma tad-dikjarazzjonijiet magħmula fih qabel ma jieħdu xi azzjoni dwarhom; il-pariri ta’ speċjalisti għandhom ikunu mfittxija fuq punti speċifiċi.

Politika tal-Privatezza

Din is-sezzjoni tiddeskrivi l-politika u l-prattiċi tal-Fondazzjoni Valletta 2018 rigward data personali miġbura mill-Fondazzjoni permezz tas-sit elettroniku tagħha, www.valletta2018.org. Din il-politika tal-privatezza hija indipendenti minn data personali miġbura offline mill-Fondazzjoni Valletta 2018. It-terminu “data personali” jirreferi għal informazzjoni li tidentifikak personalment, bħal ismek, id-data tat-twelid, l-indirizz tal-email jew l-indirizz tal-posta, u kull informazzjoni oħra li tidentifikak personalment, anke informazzjoni individwali tiegħek dwar is-saħħa.

Avviż dwar tibdiliet ta’ din il-politika

Il-Fondazzjoni Valletta 2018 kontinwament ittejjeb u żżid il-funzjonalità tas-sit elettroniku tagħha, filwaqt li ttejjeb u żżid mal-prodotti, servizzi u programmi li toffri. Minħabba dawn il-bidliet kontinwi, tibdil fil-liġi u n-natura tat-teknoloġija li dejjem tinbidel, il-prattiċi marbuta mad-data li tħaddan il-Fondazzjoni Valletta 2018 jinbidlu minn żmien għal żmien. Jekk u meta l-prattiċi tagħna jinbidlu, il-Fondazzjoni Valletta 2018 tippubblika dawn it-tibdiliet fuq is-sit elettroniku biex tinfurmak dwarhom. Inħeġġuk biex tiċċekkja din il-paġna ta’ spiss.

Data personali miġbura permezz ta’ www.valletta2018.org

L-unika data personali li l-Fondazzjoni Valletta 2018 qiegħda tiġbor bħalissa permezz tas-siti elettroniċi tagħha, hija biss dik l-informazzjoni li tgħaddilna inti b’mod volontarju meta tuża s-siti tagħna.

Ngħidu aħna, tista’ tuża dan is-sit biex tikkuntattja l-Fondazzjoni Valletta 2018 b’xi mistoqsijiet jew kummenti. Meta timla xi formola fuq is-siti elettroniċi tagħna, inti tista’ tipprovdi ismek u xi informazzjoni oħra fejn nistgħu nikkuntattjawk, bħall-isem tal-kumpannija tiegħek, l-indirizz tal-email u l-indirizz postali tiegħek jew tal-kumpannija tiegħek u xi informazzjoni personali oħra.

Użu tad-data personali miġbura permezz ta’ www.valletta 2018.org

Il-Fondazzjoni Valletta 2018 tuża d-data personali li tipprovdilha biex twieġeb il-mistoqsijiet li inti tkun bgħattilna permezz tas-sit. Il-Fondazzjoni Valletta 2018 u l-affiljati tagħna jużaw ukoll din l-informazzjoni biex inkunu nistgħu ntejbu l-kontenut u l-funzjonalità tas-siti elettroniċi tagħna, biex nifhmu aħjar il-klijenti u s-swieq tagħna, u biex intejbu l-prodotti u s-servizzi tagħna. Il-Fondazzjoni Valletta 2018 u l-affiljati tagħna jistgħu jużaw din l-informazzjoni biex fil-futur nikkuntattjawk u ninfurmawk dwar prodotti u servizzi li nemmnu li jistgħu jkunu ta’ interess għalik. Jekk u kull meta nagħmlu dan, f’dak li nibgħatulek ikollok struzzjonijiet li jagħtuk il-possibiltà li tieqaf tirċievi komunikazzjonijiet oħra fil-futur.

Bl-istess mod, nistgħu nipprovdu servizzi bl-email li tkun tista’ “tabbona” fihom, jew direttament jew permezz tal-affiljati tagħna, li jagħtuk l-opportunità li tirċievi aħbarijiet kurrenti dwar il-Fondazzjoni Valletta 2018 u x-xogħol tagħha. Għal dawn is-servizzi kollha, dejjem nipprovdu l-opportunità li ma tagħmilx parti jew li tikkanċella l-“abbonament”.

Kriterji u kundizzjonijiet meħtieġa għall-ipproċessar

Il-Fondazzjoni Valletta 2018 tiżgura li:

  • data personali jiġu proċessati b’mod imparzjali u skont il-liġi;
  • data personali jkunu dejjem proċessati skont prattika korretta;
  • data personali jinġabru biss għal għaniijiet speċifiċi u leġittimi, u li jkunu espressi b’mod espliċitu;
  • data personali ma jkunux proċessati għal xi skop li jkun inkompatibbli ma’ dak li għalih tkun qiegħda tinġabar l-informazzjoni;
  • data personali li jkunu qed jiġu proċessati jkunu adegwati u rilevanti għall-għan tal-ipproċessar;
  • ma jiġux ipproċessati iktar data personali milli jkun meħtieġ fil-qies tal-għanijiet tal-ipproċessar
  • id-data personali li jiġu proċessati jkunu korretti, u jekk meħtieġ, aġġornati;
  • jittieħdu l-miżuri raġonevoli kollha biex tikkompleta, tikkoreġi, timblokka jew tikkanċella data jekk dawk id-data ma jkunux kompleti jew korretti, fil-qies tal-iskopijiet li jkunu qegħdin jiġu proċessati għalihom;
  • id-data personali ma jinżammux għal perjodu itwal minn dak meħtieġ, fil-qies tal-iskopijiet li jkunu qed jiġu pproċessati għalihom.

    Data
    personali jistgħu jkunu proċessati biss jekk:
  • is-suġġett ta’ data jkun, mingħajr ebda ambigwità, ta l-kunsens tiegħu; jew
  • l-ipproċessar ikun meħtieġ sabiex jista’ jitwettaq kuntratt li fih is-suġġett ta’ data jkun parti jew biex jittieħdu passi fuq talba tas-suġġett ta’ data qabel l-għemil tal-kuntratt; jew
  • l-ipproċessar ikun meħtieġ biex titħares xi obbligazzjoni legali li l-Fondazzjoni Valletta 2018 hija suġġett għaliha; jew
  • l-ipproċessar ikun meħtieġ sabiex jiġu protetti l-interessi vitali tas-suġġett ta’ data; jew
  • l-ipproċessar ikun meħtieġ għat-twettiq ta’ attività li ssir fl-interess pubbliku jew fl-eżerċizzju tal-awtorità uffiċjali vestita fil-Fondazzjoni Valletta 2018 jew f’terzi li d-data jiġu żvelati lilhom; jew
  • l-ipproċessar ikun meħtieġ għal xi skop li jolqot l-interess leġittimu tal- Fondazzjoni Valletta 2018 jew ta’ dawk it-terzi li lilhom ikunu ġew provduti d-data personali, ħief meta dak l-interess jiġi megħlub b’kull interess biex jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġett ta’ data u partikolarment id-dritt għall-privatezza.

Data miġbura b’mod anonimu permezz ta’ www.valletta2018.org

Flimkien mal-informazzjoni li tipprovdi int meta tuża s-siti elettroniċi tagħna, il-Fondazzjoni Valletta 2018 tuża teknoloġija biex tiġbor informazzjoni anonima dwar l-użu tas-siti elettroniċi tagħna. Per eżempju, nużaw teknoloġija biex inżommu kont ta’ kemm nies iżuru s-siti elettroniċi, id-data u l-ħin, kemm damu jużaw is-sit u liema paġni raw. Nużaw ukoll teknoloġija biex naraw liema browsers jintużaw minn dawk li jżuru s-sit u l-indirizz minn fejn aċċessaw is-sit (per eżempju, jekk ikkonnettjawx mas-sit elettroniku tal-Fondazzjoni Valletta 2018 billi klikkjaw fuq wieħed mill-istrixxuni tar-reklami).

Din it-teknoloġija ma tidentifikakx personalment. Sempliċiment tħallina niġbru statistika dwar dawk li jżuruna u kif jużaw is-siti tagħna. Il-Fondazzjoni Valletta 2018 u l-affiljati tagħha jużaw din id-data anonima u jaqsmuha ma’ terzi biex ikunu jistgħu itejbu l-kontenut u l-funzjonalità tas-siti elettroniċi tagħna, biex nifhmu aħjar il-klijenti u s-swieq tagħna, kif ukoll intejbu l-prodotti u s-servizzi li noffru.

Kxif tad-data Personali

Il-Fondazzjoni Valleta 2018 tista’ taqsam xi data jew id-data personali miġbura kollha permezz tas-sit elettroniku tagħha mal-afflijati tagħha f’Malta jew barra minn Malta, li jużaw l-istess data skont din il-Politika ta’ Privatezza. Kemm il-Fondazzjoni Valletta 2018 kif ukoll l-affiljati tagħna jistgħu jaqsmu data personali miġbura permezz tas-siti elettroniċi tagħna ma’ bejjiegħa terzi li jaħdmu għal jew f’isem il-Fondazzjoni Valletta 2018 jew l-affiljati tagħha kemm f’Malta kif ukoll barra (per eżempju, kumpanniji li jipprovdulna servizzi ta’ sapport, bħal servizzi ta’ pproċessar ta’ data, jew li jgħinuna nbigħu il-prodotti jew servizzi tagħna). Dawn il-kumpanniji jista’ jkollhom bżonn informazzjoni dwarek biex ikunu jistgħu jaqdu l-funzjonijiet tagħhom. Dawn il-kumpanniji mhumiex awtorizzati jużaw informazzjoni li naqsmu magħhom għal kwalunkwe għan ieħor. Barra minn hekk, jista’ jkun hemm xi ċirkustanzi oħra limitati fejn il-Fondazzjoni Valletta 2018 jew l-affiljati jistgħu jaqsmu jew jittrasferixxu id-data personali fil-ġabradati tagħna, pereżempju, biex jimxu skont xi bżonn legali, għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja, biex jipproteġu l-interessi essenzjali tiegħek, jew fil-każ ta’ bejgħ tal-kumpannija, inkorporazzjoni, riorganizzazzjoni, taħlil, jew xi ħaġa simili.

Filwaqt li l-ebda metodu ta’ trażmissjoni ta’ data mhux garantit kontra użu illegali, interċettazzjoni jew xi użu ħażin ieħor minn terzi, il-Fondazzjoni Valletta 2018 tuża sforzi kummerċjali raġonevoli biex tiżgura l-protezzjoni tad-data tiegħek, li jinkludu l-qlib ta’ data f’code kif inhu standard fl-industrija u metodi ta’ sigurtà offline fil-faċilitajiet fiżiċi tagħna.

Ħoloq għal Siti Oħra

Din il-politika ta’ privatezza tapplika biss għal siti elettroniċi tal-Fondazzjoni Valletta 2018. Il-Fondazzjoni u l-affiljati tagħha joperaw siti elettroniċi oħra għal għanijiet differenti u f’pajjiżi differenti fejn liġijiet differenti jistgħu japplikaw. Jekk iżżur xi sit elettroniku tal-Fondazzjoni Valletta 2018, jekk jogħġbok ħu ftit ħin biex taqra l-politika ta’ privatezza ppubblikata fuq dak is-sit biex tara x’data personali jistgħu jinġabru permezz ta’ dak is-sit u kif ikunu pproċessati.

Is-siti elettroniċi tal-Fondazzjoni Valletta 2018 jista’ jkollhom ħoloq għal siti elettroniċi li mhumiex imħaddma mill-Fondazzjoni Valletta 2018 jew xi affiljati tagħha. Dawn il-ħoloq huma provduti biss għar-referenza u l-konvenjenza tiegħek u ma jindikaw l-ebda approvazzjoni tal-attivitajiet ta’ dawn is-siti elettroniċi jew kwalunkwe assoċjazzjoni mal-operaturi tagħhom. Il-Fondazzjoni Valletta 2018 ma tikkontrollax dawn is-siti elettroniċi u mhix responsabbli għall-prattiċi tagħhom fejn jidħlu d-data. Inħeġġuk li taqra l-politika ta’ privatezza ppubblikata fuq kull sit li żżur qabel ma tuża s-sit u tagħti kwalunkwe data personali dwarek.

Rettifika, tħassir eċċ

Il-Fondazzjoni Valletta 2018, fuq talba tas-suġġett ta’ data, minnufih tirrettifika timblokka jew tikkanċella dawk id-data personali li ma jkunux ġew ipproċessati skont l-Att Dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data jew skont regolamenti mniżżla hawn taħt.

Il-Fondazzjoni Valletta 2018 tavża lil kwalunkwe terzi li lilhom id-data ġew żvelati dwar il-miżuri li jkunu ttieħdu kif indikat aktar ’il fuq.

Iżda ebda avviż bħal dak ma għandu jingħata jekk ikun jidher bħala wieħed impossibbli jew li jinvolvi attività sproporzjonata.

Politika dwar l-Aċċess mis-Suġġett

Il-Fondazzjoni Valletta 2018 tipprovdi informazzjoni bħala tweġiba għal kwalunkwe talba raġonevoli għal aċċess tad-data mis-suġġett. Il-Fondazzjoni Valletta 2018 tiżgura li d-data tinżamm f’forma aċċessibbli biex tiffaċilita l-aċċess mis-suġġett.

Il-Fondazzjoni Valletta 2018, fuq talba tas-suġġett ta’ data, tagħti lis-suġġett ta’ data, mingħajr dewmien eċċessiv u mingħajr nefqa, informazzjoni bil-miktub dwar jekk data personali li jkunu jirrigwardaw lis-suġġett ta’ data ikunux proċessati:

Iżda talba minn suġġett ta’ data kif indikat għandha ssir biss mis-suġġett ta’ data f’intervalli raġonevoli.

Kwalunkwe applikazzjoni għandha ssir bil-miktub lill-Fondazzjoni Valletta 2018 u għandha tkun iffirmanta mis-suġġett ta’ data.

Jekk din id-data hija pproċessata, il-Fondazzjoni Valletta 2018 għandha tipprovdi lis-suġġett ta’ data informazzjoni bil-miktub, b’format li jiftiehem, dwar:

  • informazzjoni attwali dwar is-suġġett ta’ data li tkun proċessata;
  • minn fejn tkun inġabret din l-informazzjoni;
  • l-iskop tal-ipproċessar;
  • lil liema riċeventi jew kategoriji ta’ riċeventi l-informazzjoni tkun żvelata; u
  • konoxxenza tal-loġika involuta f’xi pproċessar awtomatiku ta’ data li jirrigwardaw lis-suġġett ta’ data.

Liġi li Tirregola

Din il-politika ta’ Privatezza hija rregolata u interpretata skont il-liġijiet tar-Repubblika ta’ Malta u liġijiet relevanti tal-UE.

Mistoqsijiet dwar il-Politika ta’ Privatezza

Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din il-politika ta’ privatezza jew xi tħassib dwar il-mod kif il-Fondazzjoni Valletta 2018 tipproċessa d-data personali tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattjana.