Valletta 2018 Logo

Menu

Proġetti Infrastrutturali

Il-Fondazzjoni Valletta 2018 qed taħdem fuq serje ta’ proġetti infrastrutturali li jinkludu r-riġenerazzjoni u l-konservazzjoni ta’ numru ta’ teżori arkitettoniċi minsija fil-Belt bħas-Suq l-Antik tal-Belt u l-Biċċerija, fejn se jkun stabbilit il-Valletta Design Cluster. Il-proġetti jimxu mal-viżjoni li żjara fil-Belt għandha tkun esperjenza unika: il-Belt tassew se ssir ċentru ta’ eċċellenza. Dan se jqarribna biex nilħqu l-livelli Ewropej fi bliet oħra.