Strada Stretta Concept, taħt l-awspiċji tal-Fondazzjoni Valletta 2018, b’kollaborazzjoni mal-Gozo Creative Theatre Club jippreżentaw ‘Il-Ħmar t’Alla’, dramm kontemporanju dwar il-Kurat ta’ Ars.

Id-dramm, li ser jittella’ l-iSplendid fi Strada Stretta, il-Belt Valletta, fis-6 ta’ Diċembru 2017, huwa bil-Malti u għandu kitba ta’ Joseph W. Psaila u direzzjoni ta’ George Mizzi.

Id-dramm jinkludi lil George Camilleri, Jamie Camilleri, Joseph Bartolo, Helen Camilleri, Anthony Debono, Alvin Scicluna, Matthias Mercieca, Dianne A. Portelli, Mariella Cassar, Maria Cassar, Marisa Grech, Marvic Bajada, Francesca Petra Mizzi, Joseph Portelli, Jerome Mizzi, Ruth Portelli,  Michel Refalo, Joellson Bezzina u Mathew Refalo.


Strada Stretta Concept huwa taħt id-direzzjoni artistika ta’ Dr. Ġiuseppe Schembri Bonaci. Grazzi speċjali lil Jason Masini u Splendid.