Il-Kollettiva tal-Arti transparadiso tistiednek biex tingħaqad ma’ artisti, ħassieba u ċittadini attivi fi djalogi miftuħa dwar il-bidliet li saru f’Malta permezz tal-iżvilupp urban. Nistgħu nsibu modi kif ngħixu flimkien fil-kunflitti bejn il-prosperità ekonomika u l-iskoperta mill-ġdid tal-valuri komunitarji tagħna?

transparadiso se tkun hemm tinkoraġġixxi d-djalogu, tisma’ u tirrekordja opinjonijiet biex imbagħad jiġu trasformati f’lirika biex jinħoloq djalogu performattiv bl-użu tal-Għana (mużika folk tradizzjonali Maltija) bħala mezz ta’ diskussjoni tal-kunflitt, li se tinħoloq minn għannej (kantant tal-folk).

Ir-riżultat imbagħad se jiġi ppreżentat bħala parti mill-Kapitali Ewropea tal-Kultura biex igawdi minnu kulħadd.

Is-sessjonijiet se jsiru fid-19 u l-20 ta’ Lulju 2017 mill-5.30pm – 7.30pm fiċ-Ċentru tal-Eżamijiet ta’ Sant’Iermu, Sant Iermu, il-Belt Valletta.

Is-sessjonijiet se jikkonsistu minn tliet sessjonijiet identiċi ta’ sagħtejn, u nistednukom tiġu magħna biex taqsmu l-ħsibijiet tagħkom dwar mistoqsijiet bħal:

X’nimmisja, x’nibża’ li nitlef, x’insib problematiku, x’ngħożż, biex jien kburi/ja, u l-aktar importanti, x’nixtieq nibdel?!

 

Ir-reġistrazzjoni għas-sessjonijiet hija miftuħa sat-18 ta’ Lulju. Jekk jogħġbok ikkonferma l-attendenza tiegħek billi tibgħat email fuq greta.muscatazzopardi@valletta2018.org.

 

Ejja ingħaqad magħna u semma leħnek!