Il-festival, organizzat minn Be-Wild events u Valletta 2018, se jlaqqa’ flimkien diversi esponenti lokali u internazzjonali fuq għamla ta’ pjattaforma ġdida, fejn l-artisti u l-udjenzi jiltaqgħu f’ambjent amikevoli, kollaborattiv u kreattiv.

Bħala avveniment li jżomm alalarga mill-prattika stabbilita ta’ gruppi li jappoġġjaw jew jiftħu l-festival, “BEWYLD” huwa spazju informali wiesa’ fejn mużiċisti stabbiliti u oħrajn ġejjiena u l-udjenzi tagħhom jistgħu jsiru konnessi ma’ xulxin filwaqt li jgawdu selezzjoni eklettika ta’ stili mużikali.