Sa mill-bidu tiegħu fl-2014, il-proġett ippubblika ġabra ta’ narrattivi u ritratti fil-ktieb, Undertow: Poetics of Displacement, ippubblikat ma’ EDEBooks (Malta), ipproduċa bosta workshops u attivitajiet pubbliċi, nieda prestazzjoni teatrali li għaliha nbiegħu l-biljetti kollha, u pproduċew festival tal-films tal-migranti li kien ta’ suċċess, flimkien ma’ Archivio delle Memorie Migranti (Ruma). Is-sena 2018 se ġġib magħha aktar workshops, il-produzzjoni ta’ film qasir, film festival u esibizzjoni finali li se tkun vetrina għax-xogħol prodott.

 

Ir-Rima Film Festival ittella’ f’Ottubru u Novembru tal-2017, filwaqt li x-xogħol ta’ sitt fotografi mill-Collectif Génération Elili bħalissa jinsab esebit fil-Mużew Postali ta’ Malta sat-13 ta’ Novembru 2017.