Organizzat mill-Film Grain Foundation, il-Valletta Film Festival huwa l-ikbar avveniment ċinematografiku f’Malta li juri ’l fuq minn 40 film twil u 25 film qasir f’diversi postijiet fil-Belt Valletta. Jintwerew films b’xejn fi Pjazza San Ġorġ filwaqt li jittellgħu bosta taħditiet minn esperti, konferenzi u dibattiti dwar diversi suġġetti bħas-soċjetà, il-kultura u ħwejjeġ kontemporanji oħra biex b’hekk il-Festival ikun avveniment tassew ħaj u komunali.