Il-Fondazzjoni Valletta 2018 tħabbar li parti mill-ħarqa tan-nar ta’ għada waqt il-Valletta Pageant of the Seas se tiġi posposta. Il-ballun tan-nar, l-ewwel tax-xorta tiegħu f’pajjiżna, li kien se jinħaraq għada mhux possibli li jinħaraq minħabba raġunijiet marbuta ma’ sigurtà relatati mal-post.

Il-ħarqa ta’ dan il-ballun tan-nar issa se ssir f’okkażjoni oħra speċjali li se tiġi mħabbra fiżżmien li ġej u f’lok li jassigura l-aqwa sigurtà għal kulħadd sabiex tkun tista’ titgawda din l-opra piroteknika, xogħol straordinarju tas-Sotto Kumitat Nar Soċjetà Mużikali Santa Katerina V.M., Żurrieq.

Din id-deċiżjoni ttieħdet unanimament f’laqgħa li saret apposta li għaliha attendew l-awtoritajiet ikkonċernati kollha.