Dikjarazzjoni tal-Missjoni
L-għan tal-Fondazzjoni Valletta 2018 hu biex tistimula riġenerazzjoni kulturali, soċjali u ekonomika fil-belt Valletta u l-gżejjer Maltin permezz ta’ kollaborazzjoni, skambju u prattika innovattiva.
Il-Fondazzjoni Valletta 2018 hi responsabbli għall-Programm tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura f’MaltaProgramm tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura f’Malta. Il-programm jokkonsisti minn attivitajiet u proġetti żviluppati flimkien ma’ diversi komunitajiet lokali u internazzjonali. Il-programm qed jiġi żviluppat bi preparazzjoni għas-sena 2018.