Culture Matters
X’inhuma l-impatti immedjati u fit-tul fuq is-settur kulturali ta’ Malta permezz tat-titlu tal-Belt Valletta bħala Kapitali Ewropea tal-Kultura 2018? B’liema mod dan it-titlu qed jaffettwa oqsma bħall-parteċipazzjoni kulturali, l-ekonomija kreattiva, it-turiżmu kulturali u r-riġenerazzjoni infrastrutturali, fost l-oħrajn?
Il-Fondazzjoni Valletta 2018 se tkun qed tesplora l-legat tat-titlu tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura permezz ta’ seminar li jiddiskuti s-sejbiet minn riċerka li saret fl-2017.
Is-seminar għandu l-għan li:
- Jinforma u jiftaħ diskussjoni mal-pubbliku dwar il-progress ta’ Valletta 2018;
- Jippermetti għal aċċess aħjar għar-riżultati tal-proċess tar-riċerka tagħha;
- Jinkoraġġixxi aktar kollaborazzjoni ma’ riċerkaturi emerġenti;
- Jipprovdi perspettiva pan-Ewropea b’eżempji prattiċi minn bliet ospitanti oħrajn.
Is-seminar se jkun indirizzat minn numru ta’ riċerkaturi individwali u entitajiet pubbliċi li jwettqu riċerka kwalitattiva u kwantitattiva f’numru ta’ setturi. Il-konferenza se tiġi indirizzata wkoll minn Szilvia Nagy, li tifforma parti mill-Pjattaforma ta’ Operaturi Lokali (LOCOP), netwerk tar-riċerka li hu ddedikat biex jevalwa b’mod kritiku politiki kulturali u strateġiji tal-finanzjament suprareġjonali bħall-programm tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura.
Data: Il-Ħamis 1 ta’ Marzu 2018
Post: Il-Kamra tal-Kummerċ, il-Belt Valletta
Irreġistra hawn sa nhar it-Tnejn 26 ta’ Frar 2018. Ir-reġistrazzjoni hija b’xejn.
Għal aktar informazzjoni ibgħat email fuq [email protected].
Ara l-lista sħiħa ta’ kelliema hawn.
Programm:
0900 Sessjoni tal-Ftuħ
Indirizz ta’ Merħba, Catherine Tabone, Direttriċi Eżekuttiva, Fondazzjoni Valletta 2018
Indirizz mill-Onorevoli Dr Deo Debattista, Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta 2018
Indirizz mill-Onorevoli Dr Owen Bonnici, Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali
0915 Sessjoni 1: Parteċipazzjoni u Inklużjoni
Analiżi tar-relazzjoni bejn l-inklużjoni komunitarja u l-ispazju permezz tal-proġetti infrastrutturali ta’ Valletta 2018, Dr Antoine Zammit
L-inklużjoni komunitarja u l-aċċessibilità f’Valletta 2018, Michael Deguara
Analiżi komprensiva tal-Programm Kulturali ta’ Valletta 2018, Daniela Vella
Stħarriġ tal-Parteċipazzjoni Kulturali (Cultural Participation Survey) u Perspettivi, Adrian Debattista, Kunsill Malti għall-Arti
1035 Q&A
1100 Waqfa għal kafè
1120 Sessjoni 2 – Iċ-Ċifri u Valletta 2018
Stħarriġ tal-Parteċipazzjoni fil-Belt Valletta 2017, Josianne Galea, Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika
L-impatt ta’ Valletta 2018 fuq l-Industrija tat-Turiżmu, Tania Sultana, Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta
Rapport tal-Ekonomija Kreattiva, Kevin Vella, Dipartiment tal-Politika Ekonomika
Il-ħolqien ta’ karriera fl-Industriji Kulturali u Kreattivi, Adonia Dalli, Jobsplus
1240 Q&A
1300 Ikla ta’ nofsinhar
1400 Sessjoni 3 – Il-Kapitali Ewropea tal-Kultura: Il-Belt Valletta u lil hinn
Esperjenzi tal-udjenzi tal-Marka ta’ Valletta 2018, Dr Emanuel Said
Data tas-Suq u Profili tal-Udjenzi, Steve Mangion, Valletta 2018
Il-Valutazzjoni ta’ Politiki Kulturali u Finanzjar Supra Reġjonali, Szilvia Nagy, LOCOP Network
L-impatt ta’ Valletta 2018 fuq l-Identità Ewropea tal-Popolazzjoni Maltija, Dr Marie Briguglio
1520 Q&A
1540 Konklużjonijiet
Wara s-seminar, il-Fondazzjoni Valletta 2018 se tikkollabora ma’ Pecha Kucha Valletta għal attività informali nhar il-Ġimgħa 2 ta’ Marzu, 7:30pm (Post: Società La Valette, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta, Malta).