Min Aħna

Il-Fondazzjoni Valletta 2018 hija responsabbli għall-vjaġġ tal-Belt Valletta lejn it-titolu ta’ Kapitali Ewropea tal-Kultura f’Malta fl-2018. Il-Fondazzjoni  kienet responsabbli għall-proċess tal-offerta li beda bil-fażi tal-preselezzjoni f’Jannar tal-2012, l-għażla finali f’Ottubru tal-2012 u d-dikjarazzjoni uffiċjali mill-Kunsilltal-Ministri f’Mejju tal-2013. L-implimentazzjoni tal-proġett tal-Belt Valletta għall-2018 tinsab fil-kompetenza tal-Fondazzjoni.

Il-Fondazzjoni Valletta 2018 tipprovdi qafas għall-evoluzzjoni ta’ Valletta 2018. Għandha appoġġ minn firxa ta’ partijiet interessati importanti u struttura ta’ governanza trasparenti u soda: dawn iż-żewġ aspetti huma essenzjali biex inkunu ċerti li Valletta 2018 issir realtà sostenibbli u ta’ suċċess.

Min hi l-Fondazzjoni Valletta 2018?

Il-Fondazzjoni Valletta 2018 hija mmexxija minn Bord ta’ Gvernaturi li jikkonsisti minn għaxar membri. Kull wieħed mill-membri tal-bord jaqdi rwol speċifiku. Minbarra li jaġixxu bħala punt fokali għas-setturi u l-gruppi varji, dawn jiżguraw ukoll koordinazzjoni qawwija fost il-membri tal-bord u mal-pubbliku.

 

Is-Sur Jason Micallef

Chairperson tal-Fondazzjoni Valletta 2018

 

Is-Sur Frank V. Farrugia

President tal- Malta Chamber of Commerce, Enterprise and Industry

 

Is-Sur Stephen Cachia

Prinċipal tal-MCAST, flimkien mas-Sur Stephen Vella li jaġixxi bħala delegat tiegħu

 

Il-Professur Alexiei Dingli

Sindku tal-Belt Valletta

 

Is-Sur Albert Marshall

Viċi Chairman tal-bord. Chairperson tal-Arts Council Malta

 

Is-Sur Douglas Salt

Direttur ta’ Frank Salt Real Estate Ltd. Huwa jservi fuq il-bord fil-kapaċità personali tiegħu

 

Dr Marc Sant

President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali

 

Is-Sur Oliver Scicluna

Kummissarju Nazzjonali għall-Persuni b’Diżabilità

 

Il-Professur Alfred J. Vella

Rettur tal-Università ta’ Malta, flimkien ma’ Dr Carmen Sammut li taġixxi bħala delegata tiegħu

 

Is-Sur Stephen Xuereb

Valletta Cruise Port CEO. Iservi fuq il-bord fil-kapaċità personali tiegħu

 

Xi rwoli qed insemmu?

Varjetà ta’ istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet għandhom rwoli distinti biex jgħinu biex tintlaħaq il-mira li l-Belt Valletta tkun Kapitali Ewropea ta’ Kultura għall-2018 ta’ suċċess. Minħabba li l-proġett tal-Valletta 2018 jinkludi lill-kunsilli lokali kollha ta’ Malta u Għawdex flimkien ma’ dak tal-Belt Valletta, rappreżentazzjoni mill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali hija essenzjali biex tkun żgurata koordinazzjoni tajba ta’ Valletta 2018 flimkien fost madwar 67 lokalità. L-Arts Council Malta huwa kruċjali għall-iżvilupp ta’ kollaborazzjoni sostenibbli relatata mal-wirt b’enfasi partikolari fuq il-parteċipazzjoni ta’ artisti u tas-settur tal-kultura. Il-Kummissjoni Inter-Ministerjali għall-Kapitali Ewropea tal-Kultura tgħaqqad flimkien bosta entitajiet tal-Gvern biex jappoġġjaw il-koordinazzjoni ġenerali f’termini tat-trasport, infrastruttura u kwistjonijiet simili. L-Università ta’ Malta qed taġixxi bħala id ta’ riċerka b’saħħitha biex tevalwa l-proposta skont il-viżjoni u l-għanijiet tagħha. Il-Malta Chamber of Commerce, Enterprise and Industry tinvolvi l-komunità tan-negozju f’Valletta 2018 mhux biss bħala sieħeb jew sponsor, iżda wkoll bħala parteċipant attiv fl-iżvilupp ta’ programm innovattiv għas-sena. Il-kollaborazzjoni mal-MCAST qed tippermetti għal skambju divers u innovattiv f’termini tal-bini tal-kapaċità u l-iżvilupp tal-programm.

Il-membri kollha tal-bord għandhom rwoli essenzjali simili xi jwettqu, li huma distinti iżda kollaborattivi.

Il-Fondazzjoni għandha:

Trawwem tkabbir soċjali, ekonomiku, kulturali u ambjentali li se jagħmel lill-Belt Valletta belt eċċezzjonali. Permezz ta’ dan, il-Fondazzjoni tiddeskrivi erba’ għanijiet ewlenin:

  • Li tittrasforma l-Belt Valletta f’belt kreattiva
  • Li ttejjeb il-kwalità tal-ħajja fil-Belt Valletta permezz tal-kultura
  • Li tistimula l-fħarfien tal-identitajiet kulturali ta’ Malta u
  • Li tħeġġeġ kollaborazzjoni u eċċellenza fil-kultura u fl-arti f’Malta.