Kull sena eluf ta’ nies isiru midħla ta’ ġeneri artistiċi ġodda f’ambjent eċċitanti ta’ festival. Il-programm tal-festival ŻiguŻajg jiġbor fih ’il fuq minn 25 proġett differenti minn kumpaniji nazzjonali u internazzjonali b’udjenzi li jaqbżu t-13,000 ruħ.
Dan il-festival jesebixxi prestazzjonijiet professjonali tal-ogħla kwalità f’dixxiplini varji biex jinħoloq programm li jkun taħlita attraenti ta’ xogħol ġdid armonizzat u produzzjonijiet internazzjonali magħrufa. Dan il-festival inklussiv u mill-aktar aċċessibbli, ħafna drabi jservi tal-ewwel esperjenza għat-tfal fi prestazzjoni diretta; bis-sehem tal-pubbliku u dak ta’ entitajiet privati li jaħdmu fl-oqsma tal-arti u l-kultura. L-edizzjoni 2018 se tkun waħda speċjali, b’numru t’aktar avvenimenti u inizjattivi li jilħqu ’l Malta u ’l Għawdex.
ŻiguŻajg jittella’ mill-Fondazzjoni Kreattività.