Parti importanti mir-rwol tal-Valletta 2018 bħala Kapitali Ewropea tal-Kultura hija li fil-volontarjat kulturali trawwem valuri universali komuni bħall-impenn, l-ekwità, l-ingaġġ, is-solidarjetà, il-mogħdrija, l-empatija u r-rispett lejn l-oħrajn. Għaldaqstant il-Fondazzjoni Valletta 2018 qiegħda tmexxi l-proġett Tal-Kultura b’kollaborazzjoni ma’ SOS Malta – NGO li issa ilha ħafna snin tmexxi ’l quddiem il-volontarjat u l-parteċipazzjoni ċivika f’Malta.

Fil-Fondazzjoni Valletta 2018 u l-SOS Malta għandhom l-għan li jimmobilizzaw għadd kbir ta’ volontieri f’diversi proġetti u/jew avvenimenti tal-kalendarju kulturali 2016-2018. L-għan ewlieni tal-proġett huwa li jistabbilixxi l-volontarjat bħala ingredjent ewlieni u prattika komuni fl-oqsma artistiċi u kulturali ta’ pajjiżna.

Biex tissieħeb bħala volontier fl-inizjattiva Tal-Kultura tista’ tapplika onlajn fuq www.talkultura2018.org. Tista’ wkoll issegwi l-paġna uffiċjali tal-Facebook jew tibgħat email fuq [email protected].