L-esebizzjoni storika G Plan: Made in Malta ser tippreżenta l-istorja s’issa qatt irrakkontata tal-kollaborazzjoni bejn żewġ ażjendi ewlenin fil-qasam tad-disinn: il-produttriċi tal-marka G Plan fir-Renju Unit Gomme Industries u l-unika kumpanija li għandha l-liċenzja timmanifattura l-prodotti G Plan, voldieri l-fabbrika lokali Joinwell.
Ippreżentata fil-kuntest ta’ organizzazzjoni tal-arti kontemporanja, l-esebizzjoni tixħet dawl qawwi fuq l-istorja industrijali tagħna u fuq l-iżvilupp tal-industrija tal-għamara wara t-Tieni Gwerra Dinjija. L-esebizzjoni tgħaqqad l-arti kontemporanja mal-istili ta’ ħajja tal-lum. Illum f’pajjiżna l-għamara G Plan saret kollezzjonabbli u għadha tinstab f’bosta djar.
L-esebizzjoni ser issir fir-Residenza Blitz fil-Belt Valletta bejn it-30 ta’ Settembru 2016 u t-28 ta’ Ottubru 2016.
Il-kuraturi huma Violet Kulewska u Alexandra Pace.