Il-vot Brexit għamilha iżjed ċara li l-politika ma rnexxilhiex tegħleb l-attitudni xettika ta’ ħafna ċittadini rigward l-Unjoni Ewropea u l-istituzzjonijiet tagħha. Hemm bżonn infittxu modi ġodda jekk veru rridu nikkonvinċu liċ-ċittadini mill-ħtieġa ta’ proċess ta’ unifikazzjoni Ewropea. Issa iżjed minn qatt qabel, l-Ewropa għandha ssir il-kawża tal-Ewropej.
Bit-titlu Cultural Identities on the Move, il-Konferenza Soul for Europe 2016 ser tirreaġixxi kontra dawn l-isfidi Ewropej kurrenti b’mod kreattiv u tfassal proposti favur koperazzjoni iżjed intensa bejn il-politika u s-soċjetà ċivili fil-bliet u fir-reġjuni tal-Ewropa. Sa mill-ewwel edizzjoni tagħha fl-2004, il-Konferenza żammet l-għan li tintegra l-kultura b’iktar qawwa fil-proċess kumpless tal-integrazzjoni Ewropea billi baqgħet tiżvela ċ-ċentralità tal-kultura bħala l-mutur kreattiv tagħha. Għaldaqstant din is-sena l-Konferenza ser terġa’ tistieden ċittadini Ewropej impenjati, intellettwali, artisti, politiċi, ekonomisti, rappreżentanti ta’ NGOs u l-mezzi tal-midja biex jissieħbu fid-dibattitu.
Il-Konferenza ser issir fit-8 u fid-9 ta’ Novembru 2016 fl-Allianz Forum, Berlin, il-Ġermanja. L-avveniment ċentrali tal-konferenza tad-9 ta’ Novembru ser jevita andamenti li jinvolvu sempliċement sensiliet ta’ stqarrijiet u fehmiet u minflok ser jagħti lok għal diskussjoni diretta, miftuħa u fl-istess ħin kostruttiva bejn diversi personalitiajiet mill-oqsma tal-politika u tal-kultura. Is-sessjoni ser tippermetti wkoll il-parteċipazzjoni kostruttiva tal-udjenza.
Nhar it-8 ta’ Novembru l-Konferenza ser tkun qiegħda tiffoka b’mod speċjali fuq ir-reġjuni u l-bliet Ewropej u fuq ir-responsabbiltajiet il-ġodda tagħhom difaċċ il-movimenti tar-refuġjati u l-fensijiet konfinali li ttellgħu dan l-aħħar. Il-workshops u d-dibattiti ser jiddiskutu tentattivi strateġiċi filwaqt li jingħataw intwiti prattiċi fil-proġetti kurrenti.
Wara l-konferenza jkun imiss, fid-9 ta’ Novembru filgħaxija, id-diskors The State of Europe mogħti mill-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker.
Il-Konferenza ser tkun organizzata, imħejjija u ffinanzjata b’mod konġunt bejn Allianz Cultural Foundation, Evens Foundation, Goethe-Institut, traduki / S. Fischer Foundation u l-inizjattiva Cities for Europe fi Stiftung Zukunft Berlin. Diparti tiegħu l-Parlament Ewropew kien midħla tal-Konferenza mill-bidu nett u mill-2004 ’l hawn żamm il-patroċinju tagħha.
Għal aktar tagħrif żur it-taqsima tal-midja tas-sit elettroniku tal-Konferenza jew il-paġna ta’ Facebook u Twitter.
Infetħet ukoll pre-Konferenza virtwali għal dawk li ma jistgħux jattendu.