L-iskop ta’ dan il-proġett hu li jikkrea ħażna ta’ informazzjoni prezzjuża li kapaċi tidentifika l-użu ta’ spazji pubbliċi u privati għall-kultura madwar il-gżejjer. L-għan tal-proġett hu li joħloq dawn iż-żewġ inizzjattivi; mappa interattiva onlajn u pubblikazzjoni akkademika li flimkien jgħaqqdu lill-akkademiċi u speċjalisti li ġejjin minn numru ta’ oqsma relevanti.

Mappa

Biex jiġu identifikati l-ispazji kollha relevanti kif il-kwalitajiet bażiċi u tanġibbli tagħhom, inħolqot mappa tal-lokalitajiet kollha ta’ Malta u Għawdex bil-mezz ta’ teknoloġija GIS. L-informazzjoni li nġabret tinkludi spazji, toroq, pjazez u postijiet li jintużaw biex jittellgħu attivitajiet kulturali. Din il-mappa hi aċċessibbli għall-pubbliku u tista’ tintuża minn individwi, organizzazzjonijiet u entitajiet responsabbli mit-tmexxija tal-pajjiż fl-ippjanar tal-attivitajiet jew avvenimenti. Ir-riċerkaturi huma ukoll kapaċi jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-mappa direttament billi jżidu saffi oħra ta’ informazzjoni li jkunu rriċerkaw u sabu huma.

Pubblikazzjoni

Tul dan iż-żmien qed issir ukoll analiżi tal-attività kulturali kontemporanja fl-ambitu ta’ kif jintużaw dawn l-ispazji. Din l-analiżi se ssir minn grupp ta’ akkademiċi fi ħdan l-Università ta’ Malta, b’individwi ġejjin mill-oqsma tal-Edukazzjoni, Soċjoloġija, Polza ta’ Assigurazzjoni Pubblika, Antropoloġija, l-Ambjent Mibni, u l-Ekonomija.

Is-sejbiet se jkunu ppubblikati u ppreżentati f’konferenza fl-aħħar, li tikkunsidra eżerċizzji simili li saru fuq livell internazzjonali u fl-Ewropa.

Konferenza

Il-konferenza internazzjonali tal-Fondazzjoni Valletta 2018, Cultural Mapping: Debating Spaces and Places, li ttelgġet f’Ottubru 2015, ħarset lejn il-kunċett ta’ ‘cultural mapping’ mad-dinja kollha, b’lenti speċjali fuq l-Ewropa u l-pajjiżi jew reġjuni fil-Mediterran. Minbarra li għaqdet lir-riċerkaturi u lil dawk li jaħdmu fil-qasam kulturali, din il-konferenza pprovdiet fehma aħjar ta’ kif dawn l-eżerċizzji ta’ ‘cultural mapping’ jistgħu jintużaw bħala għodda għal dawk li qed imexxu kif ukoll dawk li jaħdmu fil-qasam kulturali, filwaqt li ukoll iħeġġu kooperazzjoni bejn riċerkaturi u operaturi.

Dan il-proġett iservi għall-Fondazzjoni Valletta 2018 biex tindirizza l-isfidi fis-setturi tal-arti u l-kultura bis-saħħa ta’ evalwazzjoni tal-infrastruttura kulturali tal-pajjiż. ‘Cultural mapping’ hi wieħed mill-mezzi li l-Fondazzjoni tixtieq tħalli bħala wirt sostenibbli u dewwiemi. Dan jassigura li dawk it-timijiet li fil-ġejjieni se jkunu qed jimmaniġjaw il-kultura tal-pajjiż se jkollhom għodda diġitali li bihom ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet infurmati rigward spazji għall-avvenimenti, prattika kulturali, ir-riġenerazzjoni ta’ bosta lokalitajiet u l-bżonnijiet tal-industrija kulturali lokali.

Il-proġett ta’ ‘Cultural Mapping’ hu inizzjattiva iffinanzjata mill-Fondazzjoni Valletta 2018 u organizzata b’kollaborazzjoni mal-Università ta’ Malta u hi mgħejuna mill-Culture and Audiovisual Unit tal-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.

Photo: Tomoko Goto