Strada Stretta Concept, taħt l-awspiċju tal-Fondazzjoni Valletta 2018, ser tippreżenta An Organist Walks Into a Bar, bid-direzzjoni artistika ta’ Giuseppe Schembri Bonaci. Dan l-avveniment qiegħed jittella’ b’kollaborazzjoni mal-Malta International Organ Festival 2016.

X’jiġri meta orgni, li s-soltu nassoċjawh mal-Barokk, jispiċċa fil-Loop Bar…

Dan huwa avveniment ‘mhux-tas-soltu’ ieħor fi Strada Stretta li jippreżenta kunċert bl-orgni fil-Loop Bar bħala parti mill-avvenimenti tal-Malta International Organ Festival 2016.

Il-mużiċisti ta’ din il-lejla speċjali huma:
Daniel Zaretsky (Russja) – Orgni
Reggie Clews (Malta) – Vjolin
Yaroslav Miklukho (Ukraina) – Vjolinċell

Repertorju:
J.S. Bach (1685-1750 ):
Jesu bleibet meine Freude BWV 147
Wer nur den lieben Gott BWV 690
Wer nur den lieben Gott BWV 691
Sonata No 1 for Violin and Basso Continuo

BMV 1014:
Adagio, Allegro, Andante, Allegro
Pastorale in F Major BWV 590

J.K. Kerll (1627-1693):
Capriccio “Ku-Ku”

G. Frescobaldi (1583-1643):
Aria detto balletto

A. Vivaldi (1678-1741):
Concert in C Major for Violin, Organ & Cello RV 554a
Allegro, Largo, Allegretto

J.M. Michel (b.1962):
Three pieces from Swing-Jazz-Organ-Book

DĦUL B’XEJN

Ħajr speċjali lil Loop Bar u lid-direttur artistiku tal-Malta International Organ Festival Dr Joseph Lia.