Kariga
Maniġer tal-Ospitalità
Perjodu tal-Kuntratt
Jannar 2017 sa Diċembru 2018
Deskrizzjoni tal-Impjieg
Fl-2018 il-Belt Valletta ser ikollha t-titlu ta’ Kapitali Ewropea tal-Kultura. Il-KEtK ser jinkludi l-Gżejjer Maltin kollha.
Il-Fondazzjoni Valletta 2018 hija responsabbli mill-implimentazzjoni tal-Programm Kulturali li għandu jippermetti l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini ta’ Malta u tal-Ewropa u li tul medda ta’ snin ser jagħmel parti integrali u sostenibbli tal-iżvilupp soċjali, ekonomiku u kulturali tal-Belt Valletta.
Bħala parti mill-istrateġija tagħna li nlaqqgħu l-lokali mal-internazzjonali, il-Fondazzjoni Valletta 2018 qiegħda tfittex is-servizzi ta’ Maniġer tal-Ospitalità sabiex jaħdem mill-qrib mat-tim Internazzjonali fl-ilqigħ u fl-ospitalità fuq sensiela ta’ avvenimenti artistiċi u kulturali.
Il-Maniġer tal-Ospitalità jrid
- ikun responsabbli mis-suċċess tat-tmexxija tal-ospitalità f’avvenimenti bħal 2018 Opening Weekend, Informal Network Meeting u oħrajn.
- ifassal u jikkordina l-iskedi u l-kompiti tat-tim tal-Ospitalità waqt it-tħejjija għat-2018 u matulha.
- jidentifika rwoli ewlenin fl-aspett tal-ospitalità tal-Programm Kulturali sabiex joħloq u jħarreġ tim ta’ voluntieri fl-ospitalità, b’kollaborazzjoni sħiħa mal-maniġer u mal-uffiċjal tal-voluntieri Tal-Kultura.
- jinnegozja ma’ lukandi, ma’ ristoranti u ma’ kull parti interessata oħra sabiex jistabbilixxi l-aqwa sħubiji possibbli, b’mod speċjali f’termini ta’ riżervazzjonijiet tal-massa meħtieġa, kif ukoll jiffaċilita d-diskussjonijiet għall-viżibbiltà meħtieġa fil-komunikazzjoni li għandha tinkiseb mill-partijiet stabbiliti msemmija.
- jiżgura li l-mistednin tal-Fondazzjoni jingħataw kulma jkollhom bżonn ħalli matul iż-żjara tagħhom igawdu l-aqwa esperjenza possibbli.
- isegwi l-andament tal-ħidma fuq ir-riżervazzjonijiet tal-massa, fuq iż-żamma tar-rekords amministrattivi u finanzjarji u fuq kompiti maniġerjali oħra stabbiliti mill-Fondazzjoni.
Il-Maniġer tal-Ospitalità għandu
- ikun kapaċi jaħdem taħt pressjoni u jaħseb f’soluzzjonijiet immedjati
- ikun negozjatur sod
- ikollu ħiliet eċċellenti fil-komunikazzjoni (bil-fomm u bil-miktub) u fir-rapporti interpersonali bl-Ingliż, bl-Malti u idealment anke b’lingwa Ewropea oħra
- ikollu fehim solidu fil-proċeduri u fl-aqwa prattiki tal-ospitalità
- ikun lest jaħdem sigħat flessibbli, anke fil-wikends, u jkun jista’ iżur b’mod regolari l-uffiċċji tal-Fondazzjoni Valletta 2018, anke b’avviż minn ftit qabel
- ikun kapaċi jaħdem tajjeb sija f’kull dipartiment partikulari tal-Fondazzjoni u sija bejn dipartiment u ieħor, b’mod speċjali mad-dipartimenti tal-Ipprogrammar u tal-Komunikazzjoni
- ikollu liċenzja tas-sewqan u trasport personali
u idealment ikollu wkoll
- esperjenza u kwalifiki fl-akkreditazzjoni, fil-protokol u fid-diplomzija
- esperjenza fl-ospitalità f’avvenimenti ta’ skala kbira u
- esperjenza fil-purtinaġġ
Kuntratt
Dan l-ingaġġ isir b’kuntratt għal servizz fuq bażi definita.
Is-salarju jiġi nnegozjat skont l-esperjenza u l-kwalifiki tal-kandidat, bi qbil ma’ din l-iskeda:
Fażi 1:
Negozjati ma’ lukandi u ristoranti, sħubiji sodi ma’ lukandi u riżervazzjonijiet tal-massa għal avvenimenti fuq skala kbira, inklużi l-Informal Netwerk Meeting għall-Ibliet Kapitali Ewropej tal-Kultura tal-imgħoddi, tal-mument u tal-ġejjieni f’Ottubru 2017 u l-Open Weekend f’Jannar 2018.
(data prevista: kmieni fl-2017)
Fażi 2:
Il-kordinazzjoni tat-tim intern tiegħu u l-kordinazzjoni mal-voluntieri Tal-Kultura sabiex jinħoloq tim ta’ voluntieri fl-ospitalità.
(data prevista: kmieni fl-2017)
Fażi 3:
Il-kordinazzjoni ġenerali tal-ospitalità għall-Informal Netwerk Meeting
(data prevista: nofs l-2017 sa Ottubru 2017)
Fażi 4:
Il-kordinazzjoni ġenerali tal-ospitalità għall- f’Jannar 2018
(data prevista: nofs l-2017 sa Jannar 2018)
Fażi 5:
Il-kordinazzjoni ġenerali tal-ospitalità għal avvenimenti oħrajn matul l-2008
(data prevista: minn Jannar 2018 ’l quddiem)
Skadenza
L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu flimkien ma’ CV dettaljata fuq l-email [email protected] sa mhux iżjed tard mit-Tnejn 26 ta’ Diċembru 2016.