Kariga

Maniġer tal-Akkoljenza u tal-Ospitalità

 

Perjodu tal-Kuntratt

Jannar 2017 sa Diċembru 2018

 

Deskrizzjoni tal-Impjieg

Fl-2018 il-Belt Valletta ser ikollha t-titlu ta’ Kapitali Ewropea tal-Kultura. Il-KEtK ser jinkludi l-Gżejjer Maltin kollha.

Il-Fondazzjoni Valletta 2018 hija responsabbli mill-implimentazzjoni tal-Programm Kulturali li għandu jippermetti l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini ta’ Malta u tal-Ewropa u li tul medda ta’ snin ser jagħmel parti integrali u sostenibbli mill-iżvilupp soċjali, ekonomiku u kulturali tal-Belt Valletta.

Bħala parti mill-istrateġija tagħna li nlaqqgħu l-lokali mal-internazzjonali, il-Fondazzjoni Valletta 2018 qiegħda tfittex is-servizzi ta’ Uffiċjal tal-Akkoljenza u tal-Ospitalità sabiex jaħdem mill-qrib mat-tim Internazzjonali fl-ilqigħ u fl-ospitalità ta’ artisti u delegati li ser jieħdu sehem f’sensiela ta’ avvenimenti artistiċi u kulturali.

L-Uffiċjal tal-Ospitalità jrid

  • jirrapporta b’mod dirett għand il-Maniġer tal-Ospitalità
  • ifassal u jikkordina l-iskedi tal-mistednin tal-Fondazzjoni.
  • jikkonkludi r-riżervazzjonijiet tal-massa, iż-żamma aġġornata tar-rekords amministrattivi u finanzjarji u kompiti amministrattivi oħra stabbiliti mill-Maniġer tal- Ospitalità ingaġġat mill-Fondazzjoni.
  • jiżgura li l-mistednin tal-Fondazzjoni jingħataw kulma jkollhom bżonn ħalli matul iż-żjara tagħhom igawdu l-aqwa esperjenza possibbli, billi jkun punt ta’ kuntatt ewlieni fil-ħtiġijiet tagħhom.

Il-Maniġer tal-Akkoljenza u tal-Ospitalità għandu

  • jkun kapaċi jaħdem taħt pressjoni u jaħseb f’soluzzjonijiet immedjati
  • jkun negozjatur sod
  • jkollu ħiliet eċċellenti fil-komunikazzjoni (bil-fomm u bil-miktub) u fir-rapporti interpersonali
  • jkollu fehim solidu fil-proċeduri u fl-aqwa prattiki tal-ospitalità
  • jkun lest jaħdem sigħat flessibbli, anke fil-wikends, u jkun jista’ iżur b’mod regolari l-uffiċċji tal-Fondazzjoni Valletta 2018, anke b’avviż minn ftit qabel
  • jkollu liċenzja tas-sewqan u trasport personali

u idealment ikollu wkoll

  • esperjenza u kwalifiki fid-diplomzija u fil-protokol
  • esperjenza fl-ospitalità f’avvenimenti ta’ skala kbira u
  • esperjenza fil-purtinaġġ

Kuntratt

Dan l-ingaġġ isir b’kuntratt għal għoti ta’ servizz fuq bażi definita.

Is-salarju jiġi nnegozjat skont l-esperjenza u l-kwalifiki tal-kandidat, bi qbil ma’ din l-iskeda:

Fażi 1:

Kollaborazzjoni mal-Maniġer tal-Ospitalità u sħubiji ma’ lukandi u ristoranti u ma’ partijiet interessati oħrajn għal riżervazzjonijiet tal-massa marbuta ma’ avvenimenti fuq skala medja u kbira, inklużi l-Informal Netwerk Meeting għall-Ibliet Kapitali Ewropej tal-Kultura tal-imgħoddi, tal-mument u tal-ġejjieni f’Ottubru 2017 u l-Open Weekend f’Jannar 2018.

(data prevista: kmieni fl-2017 sa nofs l-2017)

Fażi 2:

Il-kordinazzjoni u l-iskedar tal-akkoljenza u tal-ospitalita għall-Informal Netwerk Meeting

(data prevista: nofs l-2017 sa Ottubru 2017)

Fażi 3:

Il-kordinazzjoni u l-iskedar tal-akkoljenza u tal-ospitalità għall-Informal Netwerk Meeting f’Jannar 2018

(data prevista: nofs l-2017 sa Jannar 2018)

Fażi 4:

Il-kordinazzjoni u l-iskedar tal-akkoljenza u tal-ospitalità għal avvenimenti oħrajn matul l-2008

(data prevista: minn Jannar 2018 ’l quddiem)

 

Skadenza

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu flimkien ma’ CV dettaljata fuq l-email [email protected] sa mhux iżjed tard mit-Tnejn 26 ta’ Diċembru 2016.