L-edizzjoni 2017 tal-Konferenza Internazzjonali tal-Valletta 2018Living Cities, Liveable Spaces: Placemaking & Identity – ser tfittex li tiddiskuti u tanalizza l-impatt tal-politiki u tal-istrateġiji tal-bidla fl-immaġni fuq il-bliet u l-membri tal-komunità li jgħixu fihom jew jinteraġixxu magħhom.

Filwaqt li tibqa’ żżomm f’moħħha t-tħejjija tal-Belt Valletta għat-titlu ta’ KEK 2018, din il-konferenza tanalizza l-effetti ta’ din l-istrateġija tal-bidla fl-immaġni billi tistħarreġ eżempji minn riċerki, politiki u prattiki eżistenti ta’ diversi riċerkaturi, akkademiċi, persuni li jfasslu l-politiki u prattikanti kulturali u billi tlaqqa’ aspetti politiċi u strateġiċi ma’ perspettivi prattiċi u konkreti.

 

Living Cities, Liveable Spaces: Placemaking & Identity  tesplora l-interazzjoni bejn id-diplomazija kulturali, il-branding tal-post u l-għajxien, partikularment fid-dawl ta’ attivitajiet pubbliċi kbar bħall-Kapitali Ewropea tal-Kultura. Dawn il-kwistjonijiet se jiġu diskussi fil-kuntest tal-involviment taċ-ċittadini u l-iżvilupp tal-belt sostenibbli.

Se jiġu diskussi erba’ temi fl-edizzjoni ta’ din is-sena, fosthom id-Diplomazija Kreattiva, il-Branding ta’ belt abitabbli, Żminijiet ta’ Sfida u Bliet Futuri.

Kelliema jinkludu: Prof Dr Sebastian Olma (awtur & kritiku), Dr Marie Briguglio (ekonomista & akkademika), Juan Carlos Belloso (CEO Future Places), Bjorn Vassallo (FIFA), Mikael Mohamed (kap tar-Relazzjonijiet Internazzjonali, Muceum), Jaakko Blomberg (attivist urban), Dr Victor Jacono (artist tat-teatru & edukatur), Dr Michael Gerace (kofundatur Bar Europa) u Dr Tricia Austin (konsulenta tad-disinn & akkademika).

 

Ir-reġistrazzjoni bħalissa tinsab miftuħa. Biex tibbukkja post, jekk jogħġbok segwi din il-ħolqa.

Għal aktar informazzjoni żur conference.valletta2018.org