Bi stedina minn FRAGMENTA, l-artisti bbażati fil-Ġermanja Sonya Schönberger and Christof Zwiener għażlu li jistħarrġu u jagħtu ħarsa kritika lejn it-terminal tat-tragett taċ-Ċirkewwa, li huwa l-unika konnessjoni eżistenti bejn Malta u Għawdex.
Is-sala ewlenija fejn jistennew in-nies ser tkun il-lok magħżul apposta mill-artisti għall-interventi speċifiċi tagħhom fuq il-post. Dan l-ispazju – li jinsab bejn iz-zoni tat-tluq u tal-wasla u għaldaqstant ikkaratterizzat minn ċerta tristesse – joffri lok li jattiva t-tranżizzjoni u naturalment iġorr ċerta funzjonabbiltà li ssib bħala mad-dinja kollha. Ix-xogħol tal-artisti ser jinkorpora l-funzjonabbiltà tal-ispazju b’mod kritiku u jippreżenta ħidma effimera bbażata fuq it-tema ċentrali tar-relazzjoni ta’ bejn iċ-ċittadin u l-vjaġġatur.
Bħala parti mit-tliet ġimgħat residenza fil-Għarb, Għawdex – li hija attività appoġġjata mill-Fondazzjoni Valletta 2018 – l-interventi minn Sonya Schönberger u Christof Zwiener ser tiġi ppreżentata fil-għamla ta’ avveniment ta’ FRAGMENTA bl-isem Field Trip nhar il-Ħadd 22 ta’ Jannar bejn is-14.00 u l-18.00.