Time’s Up flimkien mal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u bl-appoġġ tal-Kunsill Malti għall-Arti u l-Kultura u tal-Fondazzjoni Valletta 2018 qiegħda tistieden lil parteċipanti interessati biex jissieħbu fi grupp magħżul ta’ kontributuri f’eżerċizzju li jistħajjel diversi xenarji ġejjiena possibbli għal Malta u għall-Ewropa. Għaldaqstant Time’s Up qiegħda ttella’ żewġ workshops bil-għan li tiżviluppa l-kultura tal-ħsieb spekulattiv bit-tmexxija ta’ esperti flimkien ma’ grupp ta’ prattikanti.
Il-workshop Panel for Special Programmes tfassal għal ċittadini interessati, imħarrġa jew involuti bis-sħiħ f’inizjattivi u studji politiċi, soċjoekonomiċi u kulturali li jkunu sostenibbli f’sens ambjentali, għal residenti attivi jew konnessi mal-għaqdiet u mal-komunitajiet artistiċi u kreattivi lokali u għaċ-ċittadini kollha interessati b’mod oħrajn fil-ħolqien konġunt tal-ġejjieni. Il-workshop ser jitmexxa minn grupp magħruf ta’ diżinjaturi futuri u ser jippermetti li l-parteċipanti jfasslu xenarji ġejjieni possibbli, jistħajlu dinja li forsi lkoll għad ngħixu fiha u jimplimentaw oġġetti u midja li jistgħu jkunu disponibbli f’dawn ix-xenarji.
Dan l-avveniment viżjonarju u spekulattiv jippermetti li r-residenti Ewropej jissuġġerixxu lill-Unjoni Ewropea prototipi ta’ programmi ġodda biex jitwasslu lill-pubbliku fil-għamla ta’ filmat promozzjonali. Din l-okkażjoni rari ser toffri lill-parteċipanti opportunità li jfasslu toroq alternattivi għall-UE, dejjem bil-gwida tal-istrateġisti viżjonarji minn The Extrapolation Factory. L-istejjer ser jiġu rrakkontati permezz ta’ films qosra li ser jixxandru lir-residenti, lil partijiet interessati influwenti u lid-deċiżuri Ewropej. Ir-riżultati tal-workshop ser jixxandru ma’ Malta kollha u lil hinn minnha, biex b’hekk jitqajjem l-interess mal-popolazzjoni ġenerali u tad-deċiżuri fi ħdan il-gvernijiet u gruppi interessati oħrajn.
Biex tissieħeb f’dan il-workshop, ibgħat test qasir (400 kelma massimu) li jiddeskrivi għaliex tixtieq tinvolvi ruħek fuq [email protected] qabel l-aħħar ta’ Jannar 2017. Il-parteċipazzjoni hija bla ħlas.