Ispirata mix-xbieha Mediterranja li wieħed ipoġġi ma’ mejda b’ikel tajjeb u kumpanija tajba, L-Ikla t-Tajba fasslet ħarsa kontemporanja performattiva lejn ingredjenti, kultura tal-ikel u gastronomija Maltin. Permezz ta’ tisjir u sessjonijiet interattivi fil-komunità, L-Ikla t-Tajba toħloq atmosfera għal ikla eċċezzjonali fil-komunità permezz ta’ prestazzjoni; b’dan l-ispirtu f’moħħhom, grupp ta’ tespjani u artisti taċ-ċirku mbagħad jgħaqqdu l-esperjenzi miġbura sabiex ifasslu esperjenza ta’ ikel stramba u meraviljuża b’ħames stilel li l-udjenzi jistgħu jgawdu flimkien. Huwa spazju amikevoli fejn l-ikel joħloq pontijiet u fejn it-tradizzjoni tiltaqa’ mal-ġdid.
Bejn it-22 u s-26 ta’ Awwissu tal-2018, L-Ikla t-Tajba se joħloq l-aqwa bankett għall-komunità. B’kollaborazjoni ma’ Valletta 2018, paxxi lil għajnejk u ’l żaqqek b’esperjenza interattiva permezz ta’ ikla Maltija per eċċellenza b’ingredjenti mill-passat tagħna, delikatezzi tal-lum u esperjenza stramba u inkredibbli bl-ikel li għandhom igawdu minna l-udjenzi kollha. Le mhux ser tmorru d-dar bil-ġuħ, wara l-ispettaklu kullħadd huwa mistieden idur mal-mejda tal-ikel u jieħu gost b’ majjalata tradizzjonali. Duq il-majjal flimkien mal-ħaxix u inbid direttament minn Għawdex imwassal minn Ta’ Mena.
Biljetti minn hawn: https://bit.ly/2vICBJk. Tfal taħt it-12-il sena jattendu b’xejn!
Ritratti: Stephen Galea