Dawn ir-rakkonti, li ħadu xbieha aktar moderna, sfaw rikreati minn koreografi, kreaturi, disinjaturi u żviluppaturi u se jkunu ffilmjati u ppubblikati onlajn għall-pubbliku.

Il-proġett kien spirat minn ieħor, Qatt Ma Ninsa, li jifforma parti mill-programm kulturali tal-Fondazzjoni Valletta 2018. Dan l-avveniment kien sar l-ewwel darba f’Ġunju 2014 fil-Mużew Marittimu.  Qatt Ma Ninsa kienet suċċess bħala esperjenza bbażata fuq rakkonti. Tul il-proġett, bosta nies ġabu oġġetti personali tagħhom u tkellmu fuq l-istejjer marbutin magħhom.

Il-proġett Tafal juża għaxar stejjer mill-proġett ta’ Qatt Ma Ninsa u jinterprethom f’vidjow u koreografija. Id-direttur Cedric Vella u ż-żeffiena u koreografa Sandra Mifsud, flimkien maż-żeffiena ta’ ŻfinMalta, ħarġu b’koreografija innivattiva li tirrikrea n-narrattiva marbuta mal-oġġetti li mbagħad dehret f’vidjows differenti. Kull oġġett kellu storja xi jirrakkonta, b’enerġija partikolari għat-tip ta’ storja li tkun, u għalhekk il-koreografija u l-postijiet ta’ fejn iffilmjaw inbidlu skont l-oġġett partikolari. Il-prodotti finali ġew editjati u ppublikati fuq sistema interattiva fejn huma accessibbli għal kulħadd onlajn. Kull kollaboratur kellu storja x’jirrakkonta u hekk ħalla l-marka personali tiegħu fuq dik l-istorja.

Previews: