Tafxnaf qed jistieden lill-istudenti kollha f’Malta u Għawdex li qegħdin fit-tieni sena tas-sekondarja, jew ekwivalenti, biex jaqsmu u jxandru l-ħsibijiet u x-xewqat tagħhom f’forma ta’ storja.
Irċevejna għadd ġmielu ta’ stejjer mingħand bosta tfal minn Malta u Għawdex. 25 minn dawn it-tfal daqt se jgħaddu għall-pass li jmiss, iżda għalina l-istejjer kollha huma importanti, u għalhekk se nippublikawhom kollha fuq l-internet u se narkivjawhom fil-Bibljoteka Nazzjonali.
Minkejja l-ammont ta’ stejjer li waslulna, aħna ċerti li għad hemm ħafna tfal li għandhom storja x’jirrakkontaw u li ma leħqux bagħtu l-istorja tagħhom. Għalhekk se nestendu d-deadline biex jekk inti student jew studenta tal-Form 2, jew għandek bejn it-12 u t-13-il sena, tilħaq tibgħatilna l-istorja tiegħek biex tkun ippubblikata u arkivjata mal-istejjer l-oħra. Idħol fuqwww.tafxnaf.org għal iktar tagħrif u biex tniżżel il-formola. Għandek ċans sal-31 ta’ Mejju!