Valletta 2018 tixtieq tirċievi proposti minn mużiċisti, organizzaturi tal-attivitajiet u persuni kreattivi għal attivitajiet mużikali u relatati mal-mużika u proġetti biex jiffurmaw parti mill-Programm tal-Mużika tal-Valletta 2018.

F’inqas minn 12-il xahar, il-Belt Valletta se jkollha t-titolu tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura 2018. Il-Fondazzjoni Valletta 2018 hija responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ dan it-titolu, u l-ħolqien ta’ programm eċċitanti u kontemporanju bl-emanċipazzjoni, l-involviment u l-parteċipazzjoni fil-qalba tagħha.

Mużiċisti, organizzaturi ta’ attivitajiet u persuni kreattivi huma mistiedna li jissottomettu l-proposti tagħhom għal attivitajiet u proġetti relatati mal-mużika li se jseħħu fl-2018 u biex jiffurmaw parti minn dan il-programm; proposti ta’ suċċess jingħataw għotja sa €6,000 u se jkunu fil-kalendarju tal-attivitajiet tal-Valletta 2018.

Proposti ser jiġu evalwati skont il-kriterji li ġejjin;

  1. skont in-natura esperimentali tagħhom;
  2. skont l-ispirtu tagħhom ta’ kollaborazzjoni bejn tipi differenti ta’ mużika jew dixxiplina kreattiva;
  3. skont in-natura parteċipattiva tagħom;
  4. skont il-kwalità tal-proposta kollha.

 

Preferenza se tingħata għal proposti li;

  1. jużaw kunċetti jew postijiet mhux tas-soltu;
  2. jinħolqu jew huma pprogrammati minn żgħażagħ;
  3. jinkludu kollaborazzjoni bejn mużiċisti minn Malta u l-Mediterran, partikolarment ir-Reġjun Għarbi;
  4. iħarsu lil hinn minn Malta lejn l-Ewropa u d-dinja;
  5. jirreferu għall-Programm Narrattiva u Temi tal-Valletta 2018 (ara l-websajt).

 

Proposti jistgħu jinkludu, iżda mhux limitati għal;

  1. proposta maħluqa minn faxxa jew grupp ta’ mużiċisti eżistenti;
  2. proposta bħala parti minn attività jew festival eżistenti;
  3. attività jew proġett kompletament ġodda.

Proposti jistgħu jiġu sottomessi onalin fuq  https://valletta2018.org/music-application/ sa mhux aktar tard mit-Tnejn, 22 ta’ Mejju, 2017. Sottomissjonijiet minn kmieni huma mħeġġa. Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ibgħat email fuq [email protected].

Perjodi taż-żmien

 

Ftuħ tas-Sejħa Il-Ġimgħa 07 ta’ April 2017
Skadenza għas-sottomissjoni ta’ mistoqsijiet Il-Ġimgħa 28 ta’ April 2017 f’nofsinhar
Skadenza għas-sottomissjoni ta’ proposti It-Tnejn 22 ta’ Mejju May 2017 f’nofsinhar
Notifika ta’ sessjoni ta’ pitching (jekk tapplika) Il-Ġimgħa 26 ta’ Mejju 2017
Sessjonijiet ta’ Pitching (jekk tapplika) L-Erbgħa 31 ta’ Mejju 2017
Publikazzjoni tad-deċiżjoni finali Mhux aktar tard mill-Ġimgħa 09 ta’ Ġunju
Kuntratti miftiehma ma’ applikanti ta’ suċċess Mhux aktar tard mill-Ġimgħa 23 ta’ Ġunju
Submission of 5 high-res images for communications purposes Mhux aktar tard mill-Ġimgħa 16 ta’ Ġunju

 

 

Kif għandek tapplika

 

Proposti għandhom jiġu sottomessi onlajn fuq https://valletta2018.org/music-application/.

Mudell tal-baġit disponibbli fuq l-istess paġna għandu jitniżżel, jimtela b’mod korrett u jiġi sottomess mal-proposta.

 

Regoli u Regolamenti

  • Proposti se jiġu evalwati skont il-kriterji mogħtija fis-sejħa minn bord mid-Dipartiment tal-Programmi tal-Fondazzjoni Valletta 2018.
  • Id-deċiżjoni tal-bord hija finali u l-ebda korrispondenza mhi se tingħata wara d-deċiżjoni tiegħu.
  • Il-bord jirriżerva d-dritt li jistieden lill-applikanti għal sessjoni ta’ pitching li se ssir l-Erbgħa 31 ta’ Mejju 2017 iżda mhux obbligat li jagħmel dan.
  • Applikanti għandu jkollhom 18-il sena fis-sottomissjoni tal-proposta.
  • Applikanti jistgħu jkunu ta’ kwalunkwe nazzjonalità madankollu l-attività jew il-proġett proposti għandhom iseħħu f’Malta u għandhom jinkludu kollaborazzjoni Maltija.
  • L-attività jew il-proġett proposti għandhom iseħħu matul l-2018.
  • Attivitajiet u proġetti ta’ suċċess għandhom jiġu prodotti bis-sħiħ mill-applikant, u l-ebda assistenza tal-produzzjoni jew loġistika mhi se tiġi pprovduta mill-Fondazzjoni Valletta 2018.
  • Mhix se tiġi aċċettata l-ebda responsabbiltà mill-Fondazzjoni Valletta 2018 għall-ġestjoni ħażina ta’ produzzjoni ta’ attività jew proġett.
  • Il-Fondazzjoni Valletta 2018 mhix se tinżamm responsabbli għal kwalunkwe telf jew danni kkawżati mill-applikant.
  • Jekk proposta ta’ suċċess ma tiġix prodotta, il-fondi kollha għandhom jintbagħtu lura lill-Fondazzjoni Valletta 2018 sal-31 ta’ Diċembru 2018.
  • Kwalunkwe attivitajiet jew proġetti ta’ suċċess għandhom isegwu l-linji gwida tal-Fondazzjoni Valletta 2018.

 

Komunikazzjonijiet

Proposti ta’ suċċess se jiffurmaw parti mill-Programm tal-Mużika tal-Valletta 2018, u se jibbenefikaw mill-komunikazzjonijiet li ġejjin;

  • Inklużjoni fil-Pubblikazzjoni tal-Programm tal-2018 li għandha toħroġ f’Ottubru tal- 2017;
  • Inklużjoni f’pubblikazzjonijiet sussegwenti fejn xieraq;
  • Paġna tal-attività fil-Websajt tal-Valletta 2018;
  • Appoġġ tal-Midja Soċjali.

 

Informazzjoni Finanzjarja

Total ta’  €72,000 huwa disponibbli għal din is-sejħa.

Massimu ta’ 12-il għotja ta’ massimu ta’ €6,000 kull wieħed se jingħataw.

Il-Fondazzjoni Valletta 2018 tirriserva d-dritt li żżomm l-ammont kollu jew parti minnu jekk il-proposti riċevuti ma jkunux ta’ kwalità għolja biżżejjed.