Oca Dome Mandala, imwassla lilkom minn Cosmic Culture, hija installazzjoni tal-arti li għandha tintuża bħala spazju sagru biex tagħmel inkontru perfett bejn ritwali indiġeni tal-qedem, il-kultura u d-dinja moderna bħala koppla ġdida, tempju multikulturali effimeru. Parteċipanti se jittieħdu f’esperjenza kollettiva billi jagħmlu mandala (Ojos de Dios).

B’inspirazzjoni mill-Oca, li huwa spazju fejn ix-shamans jgħallmu l-persuni tal-komunità dwar l-armonija, il-fehim u r-rispett għal xulxin u l-fejqan permezz ta’ ritwali tal-mużika tal-qedem; u l-koppla moderna, li għandha struttura tal-ġeometrija Fibonacci bit-tifsira filosofika, matematika, tal-inġinerija, tal-istorja u l-poeżija magħrufa bħala l-Golden Ratio. Il-proġett jiffoka fuq it-taħlita bejn l-intuwizzjoni mix-shamans u l-loġika mis-sekwenza Fibonacci, u l-parteċipanti se jħossuhom bħal aħwa, magħquda flimkien biex isalvaw in-natura.

L-insiġ tal-Ojo de Dios (Mandalas) huwa prattika qadima kontemplattiva u spiritwali għall-poplu indiġenu u l-patrijiet Tibetani u huwa r-rabta reali bejn id-dinja qadima u moderna.

Il-proġett ser isaħħaħ ir-rabta kollettiva affermattiva bejn xulxin u man-natura. Se jservi biex iġiegħel lill-parteċipanti jaħsbu fuqhom infushom bħala s-soċjetà moderna li qed tiżviluppa, u jurihom li meta jaħdmu flimkien, ma jiġux ripetuti l-istess żbalji fejn jidħol it-tisħin globali u biex insalvaw il-pjaneta. Għandu l-għan li juri li aħna ħaġa waħda; f’din l-installazzjoni l-ego u l-identità mhux se jkunu preżenti, iżda parteċipanti jistgħu jaraw l-essenza proprja tal-eżistenza.

Dati maħsuba għal dan il-proġett:

Kujum mill-1 ta’ Mejju fi Pjazza Kastilja: 2PM – 8PM (5 ta’ Mejju: ċerimonja tal-ftuħ b’kant ritwalistiku lajv u rappreżentazzjoni kollettiva; 26 ta’ Mejju: għeluq tal-installazzjoni)

Kuljum mill-1 ta’ Lulju – Fond Għadir, Sliema: 2PM – 8PM

L-installazzjoni se tkun qed tittella’ f’Kemmuna f’Awwissu. Dettalji jitħabbru aktar tard.

 

Dan il-proġett huwa appoġġjat mill-Fondazzjoni Valletta 2018.