L-għotja tal-films hija opportunità tajba ħafna biex dilettanti tal-films jipproduċu film ibbażat fuq l-esperjenza personali tagħhom tal-migrazzjoni.

Din is-sejħa għall-proposti hija indirizzata lil min jagħmel il-films, lil diretturi u  lil produtturi mhux professjonali b’interess attiv fil-films qosra u fit-temi li għandhom x’jaqsmu mal-eżilju u l-migrazzjoni.

Proposti għall-films jistgħu jiġu sottomessi minn individwi jew minn timijiet. Jekk tapplika bħala tim, il-proposta għandha tiġi sottomessa minn rappreżentant individwali, iżda l-applikazzjoni għandha tinkludi l-firem tal-membri konfermati kollha tat-tim fil-ħin tas-sottomissjoni.

Il-proposta magħżula se tingħata baġit żgħir allokat minn RIMA/Valletta 2018.

Data ta’ skadenza għall-applikazzjoni: 22 ta’ Lulju 2017

Ir-riżultat se jiġi mħabbar fit-12 ta’ Awwissu.

 

L-Għotja tal-Films għandha l-għanijiet ewlenin li ġejjin:

 1) Li tinkoraġġixxi l-ħolqien ta’ produzzjoni ta’ film suġġettiva fuq l-esperjenza tal-migrazzjoni u l-eżilju f’Malta;

2) Li tippermetti lil persuni mhux professjonali li jtejbu l-ħiliet tal-produzzjoni tal-films tagħhom;

3) Li trawwem il-kollaborazzjoni bejn il-produtturi tal-films mhux Maltin u t-talent tal-produzzjoni tal-films Malti;

4) Li tappoġġja produtturi tal-films li juru potenzjal fit-tul.

 

Il-proposta għandha tinkludi:

  • Il-formola tal-applikazzjoni (ara hawn taħt)
  • Ittra ta’ Intenzjoni
  • Fotokopja tal-Karta tal-Identità, Passaport jew kwalunkwe dokument uffiċjali rikonoxxut mill-istat Malti.
  • Dikjarazzjoni tal-formola tal-applikazzjoni ffirmata
  • Skript (minimu ta’ 2 paġni u sa massimu ta’ 10 paġni)
  • Baġit proviżorju li ma jaqbiżx is- 7000 euro (inkluż il-VAT)
  • Indikazzjoni ġenerali tal-postijiet, ħsejjes,  props, atturi
  • Referenzi għal films, burdata u ġeneru

It-tim magħżul se jingħata l-libertà li jagħżel it-tekniki tal-filming u se jingħata għajnuna minn żewġ produtturi tal-films professjonali, kull wieħed minnhom bil-qasam espert tiegħu: Dagmawi Yimer u Kenneth Scicluna.

Il-filming se jsir f’Malta bejn is-16 ta’ Ottubru 2017 u l-24 ta’ Ottubru 2017.

Il-film għandu jitlesta u jkun lest biex jintwera fil-pubbliku fil-31 ta’ Jannar 2018.

Il-film qasir se jintwera matul ir-Rima Film Festival f’Ottubru tal- 2018.

 

L-iskript għall-film qasir għandu jkun ir-riżultat ta’ taħlita u adattament taż-żewġ stejjer li ġejjin li nkitbu waqt il- Creative writing and Storytelling workshop:

Un goût sucré-salé, Katel Delia

Cold as an arctic blade, Ibrahim Musbah Alzanati

L-awturi Katel Delia u Ibrahim Musbah Alzanati se jkollhom rwol konsultattiv fil-kitba tal-iskript.

 

Laqgħa pubblika mal-produttur tal-films Malti Kenneth Scicluna se ssir nhar is-Sibt 1 ta’ Lulju 2017 (dettalji oħra aktar tard). L-applikanti kollha huma mistiedna biex jattendu sabiex jiksbu aktar informazzjoni dwar l-Għotja tal-Films Rima.

Din l-Għotja hija appoġġjata minn Rima u mill-Fondazzjoni Valletta 2018.

 

Eliġibilità ġenerali għall-produttur ewlieni tal-film (Applikant) :

Il-produttur ewlieni tal-film huwa liberu/a j/tassoċja lilu/ha nnifsu/nnifisha ma’ kulħadd irrispettivament min-nazzjonalità jew l-esperjenza.  Il-persuni assoċjati jistgħu jkunu professjonisti fil-produzzjoni tal-films mingħajr esperjenza speċifika fil-migrazzjoni.

Il-produttur ewlieni tal-film li qed japplika għal din is-sejħa se jinżamm responsabbli għall-ġestjoni tajba tal-fondi u għall-kwalità tal-film.

 

Il-produttur ewlieni tal-film (Applikant) għandu:

  • Jkun għex esperjenza tal-eżilju u/jew migrazzjoni ’l bogħod mill-pajjiż ta’ oriġini tiegħu
  • Jgħix f’Malta (mingħajr ebda tul minimu ta’ dewmien),
  • Ikollu aktar minn 18-il sena.

 

Niżżel il-formola tal-applikazzjoni minn hawn.